ġenituri – Page 2 – One News

Notifiki

Il-ġenituri u l-għalliema bi rwol importanti

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu twaqqfet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol f’Lulju tal-2014 bil-għan li tidderieġi u tieħu ħsieb it-twettiq tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd (2014-2019).

Tul dawn it-tliet snin ta’ ħidma, l-Aġenzija introduċiet programmi u inizjattivi ġodda ta’ litteriżmu bħal:

• Aqra Miegħi/Read with Me
• Seħer l-Istejjer/The Magic of Stories
• L-Ambaxxaturi tal-Qari/Reading Ambassadors
• Aqra kemm Tiflaħ/Enriching Classroom Libraries
• Il-Brillantini tal-Qari/Reading Stars
• Bil-Qari u l-Kitba Niskorja/ Footballers Read and Write Programme

Issokta x-xogħol tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu li kabbret, xerrdet u saħħet programmi oħrajn li kienu ġa jeżistu qabel bħall-Programm Nwar, Klabb Naħla, ix-Xalati ta’ Kitba u l-Klabbs tal-Kitba. Dan bl-għan li tippromwovi u ttejjeb il-prattiċi tal-litteriżmu fost it-tfal, iż-żgħażagħ, l-adulti u l-anzjani.

Iżda minkejja dawn l-inizjattivi, xorta waħda fadal aktar xi jsir f’dan ir-rigward.

Il-gazzetta KullĦadd tkellmet mal-Kap tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, David Muscat, li stqarr li minkejja li għal dawn l-inizjattivi r-rispons kien wieħed tajjeb, xorta waħda pajjiżna għad m’għandux il-kultura tal-qari.

Aqra aktar

Ritratt joħloq kontroversja sħiħa bejn il-ġenituri

Dan ir-ritratt ta’ tarbija b’dik li kienet maħsuba misluta fuq wiċċha ħoloq paniku fost l-ommijiet li raw dan ir-ritratt.

Fil-fatt l-omm irċeviet numru ta’ messaġġi ta’ theddid li fost oħrajn se jressqu rapport lis-servizzi tal-protezzjoni tat-tfal. Iżda li ma kienux jafu, li dan ma kien xejn għajr ritratt editjat biex jgħaddi messaġġ.

Aqra aktar

Wegħda mwettqa għall-ġenituri li jridu jittrasferixxu n-negozju lit-tfal

Ilum tnediet skema li kienet mħabbra fl-aħħar Baġit, jiġifieri t-tnaqqis tal-boll, minn 5% għal 1.5%, għal meta ġenitur jittrasferixxi n-negozju lit-tfal tiegħu. Dan għandu jgħin ħafna negozji tal-familja biex jibqgħu mexjin ’il quddiem.

Ħabbru t-tnedija l-Minsitri Chris Cardona u Edward Scicluna.

Il-Ministru Cardona qal li kif ħareġ ċar mir-riċerka u konsultazzjoni pubblika,  is-suċċessjoni tan-negozji tal-familja hija l-aktar proċess ta’ sfida li n-negozji tal-familja jkollhom jgħaddu minnu minħabba li, jekk ma jsirx tajjeb, jista’ jirriżulta t-tmiem tan- negozju tal-familja.

Aqra aktar

“L-ikbar biża’ tiegħi hija li mhux se nkun parteċipi biżżejjed fit-trobbija ta’ wliedi”

Dan l-aħħar smajna ħafna dwar il-bżonn ta’ aktar nisa fil-Parlament. Meta jissemma dan l-argument, jissmmew żewġ affarijiet, ġeneralment. Jibda d-dibattitu dwar għandux ikun hemm kwoti, u jiġi diskuss il-fatt li l-ħinijiet li jaħdmu Membri Parlamentari mhumiex tajbin għal min irid irabbi familja.

Hawn, abbli min huwa ġenitur u jaħseb ftit iktar fil-fond jiddarras. Mela l-missirjiet m’għandux ikollhom ħinijiet ‘family-friendly’ wkoll?

Propju fuq hekk tkellimna mal-Membru Parlamentari Silvio Schembri, għax għadu kemm sar missier għat-tieni darba.

“Il-ħajja ta’ ġenitur fil-politika mhix faċli! Jien bniedem li l-familja u d-dar inħobbhom ħafna, però minħabba impenji politiċi u s-sistema politika Maltija, il-ħin mal-familja jonqos ħafna.

Riċentement erġajt sirt missier, din id-darba ta’ tifla.

Aqra aktar

Aktar minn 12,000 single parent f’Malta

In-numru ta’ single parents reġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’Malta u f’Għawdex huwa ta’ 12,472 ġenitur. Fi tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari, l-Ministru Michael Farrugia ta rendikont tan-numru ta’ single parents f’Malta u f’Għawdex flimkien mat-total ta’ tfal li dawn il-ġenituri qed jieħdu ħsieb.

Aqra aktar

Konkorrenza qawwija għal Klabb 3-16

Aktar minn 1,300 student qed jattendu u jagħmlu użu mis-servizz li jingħata fl-iskejjel Klabb 3-16.
Klabb 3-16 qed iservi ta’ nifs għall-ġenituri li jaħdmu, tant li kienet lanqas għadha ntemmet Skola Sajf, li għadd ta’ tfal kienu diġa irreġistrati biex jattendu dan il-klabb, fil-ġimgħatejn li jkun għad fadal sakemm tibda sena akkademika oħra.
Fi tweġiba Parlamentari, l-Ministru Evarist Bartolo ta rendikont tan-numru ta’ studenti li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz u f’liema ċentru.

Aqra aktar

Illum se jappellaw biex Charlie ta’ 7 xhur jinżamm ħaj

Charlie Gard għandu seba’ xhur. Iċ-ċkejken Ingliż għandu wkoll kundizzjoni ġenetika li tant hi rari li aktarx huwa s-sittax-il wieħed fid-dinja li hu magħruf li jbagħti biha.

Minbarra din il-mitochondrial disease, ommu u missieru qed jiġru kontra l-ħin biex jiġbru biżżejjed flus għalih, u jkunu jistgħu jipprovdulu trattament fl-Istati Uniti. Illum il-ġenituri se jitolbu lill-Qorti Suprema Ingliża biex iżżomm lit-tarbija ħajja, għaliex it-tobba jemmnu li jkun aktar ta’ ġid għal kulħadd jekk jitħalla jmut.

Aqra aktar

10,072 ġenitur il-Qorti talli ma bagħtux it-tfal l-iskola

  • ĠENITURI MRESSQA L-QORTI B’ RABTA MAL-ASSENTEIŻMU

Fuq medda ta’ seba’ snin, kienu iktar minn għaxart elef il-ġenituri li tressqu l-Qorti akkużati li naqsu mili jibgħatu t-tfal tagħhom l-iskola primarja jew sekondarja, bla skuża valida. Mill-figuri mogħtija f’ risposta għal mistoqsija Parlamentari li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, irriżulta li kull sena jkunu ‘l fuq minn elf ġenitur li jitressqu l-qorti, bl-iktar sena skolastika li rat ġenituri jiksru l-liġi Maltija tal-edukazzjoni minn dan l-att kienet dik tal-2010 u l-2011 b’ 1770 każ.

Aqra aktar

Send this to a friend