ġenituri – One News

Notifiki

Tisskota l-konsultazzjoni dwar l-uniformi kif inhi jew tracksuit tal-iskola

Il-ġenituri u edukaturi ta’ studenti tal-iskejjel tal-istat se jgħaddu l-ħsibijiet tagħhom dwar l-uniformijiet ta’ wliedhom fit-tieni fażi ta’ konsultazzjoni li nfetħet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni. Il-ġenituri se jagħtu l-opinjoni tagħhom ukoll dwar jekk humiex favur uniformi kif inhi bħalissa jew tracksuit tal-iskola komda u sportiva.Aqra aktar

Il-ġenituri m’għandhomx jinkwetaw jekk uliedhom jagħmlu ħin twil fuq il-kompjuter

Hemm ftit li xejn provi li jekk it-tfal iqattgħu ħin twil quddiem il-kompjuter ikunu qed jagħmlu l-ħsara. Riċerka li saret minn kulleġġ fl-Ingilterra li jispeċċjalizza fis-saħħa u s-sigurtà tat-tfal fil-fatt qalet li l-ġenituri m’għandhomx jinkwetaw jekk uliedhom qed jagħmlu ħin twil onlajn.

Anzi, esperti jgħidu li dan għandu l-vantaġġi tiegħu, dejjem jekk il-ħin onlajn jintuża b’mod għaqli. Fil-fatt, it-tobba tat-tfal issa qed jgħidu li aktar milli l-ġenituri jillimtaw il-ħin li wliedhom jagħmlu fuq il-kompjuter, għandhom jassiguraw li dan il-ħin ma jkunx eżatt qabel it-tfal imorru jorqdu.

Madanakollu, il-ħin li t-tfal iqattgħu fuq mezzi teknoloġiċi m’għandux jieħu post ħin li jagħmlu jaqraw, jistudjaw, jew ħin mal-familja.

X’jiġri jekk il-ġenituri jħallu lil uliedhom waħedhom id-dar waqt il-ħin tax-xogħol?

X’jiġri meta jidħol rapport li hemm tfal jitħalllew waħedhom waqt li l-ġenituri qegħdin ix-xogħol?

Il-Ministru Michael Falzon spjega fil-Parlament kif dawn huma każijiet rari ħafna, hekk kif Gvern Laburista nieda għall-ewwel darba s-servizz ta’ ħarsien tat-tfal b’xejn, kif ukoll ċentri mmexxija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi għal wara l-ħin tal-iskola. Aqra aktar

Send this to a friend