Notifiki

“L-edukazzjoni u l-empowerment: iċ-ċavetta sabiex jingħelbu l-inugwaljanzi tal-ġeneru” – Il-President Coleiro Preca

Waqt li kienet qed tipparteċipa f’diskussjoni bħala parti mill-Concordia Annual Summit 2018 fuq id-differenza fil-pagi tan-nisa u tal-irġiel u l-inugwaljanzi tal-ġeneru, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li bħala popolazzjoni globali, “mingħajr il-parteċipazzjoni sħiħa ta’ nofs il-popolazzjoni dinjija, qiegħdin nitilfu ħafna – qed nitilfu f’termini ta’ ġid, qed nitilfu f’termini ta’ tkabbir ekonomiku, u tal-progress soċjali tagħna.”Aqra aktar

478 mara tfittex l-għajnuna tal-Aġenzija Appoġġ

Bejn Jannar u Ġunju tas-sena l-oħra 478 mara kienet tiġi segwita mis-servizz tal-vjolenza fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ. Dan spjegatu l-Aġenzija stess fi stqarrija ġurnata qabel it-8 ta’ Marzu, liema ġurnata tfakkar Jum il-Mara. L-Aġenzija qed tappella biex ma jkun hemm ebda tollerenza  għal vjolenza fuq nisa jew adolexxenti femminili.

Aqra aktar

61 persuna jibdlu l-ġeneru wara bidla fil-liġi

Kienu 61 il-persuni li bidlu l-ġeneru wara l-bidla fil-liġi approvata fl-2015. B’din il-liġi Malta kienet l-ewwel pajjiż li daħlet liġi li tat id-dritt lill-persuni trans-ġender imorru jibdlu s-sess fuq il-karta tal-identità mingħajr ma jagħmlu l-operazzjoni.

Din il-liġi kienet segwiet il-każ ta’ Joanne Cassar li saħansitra kellha tieħu l-każ tagħha fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem wara li l-awtoritajiet Maltin kienu ċaħduha milli tiżżewweġ. Mal bidla fil-gvern il-każ waqa’ filwaqt li kif imwiegħed saru l-bidliet fil-liġi li skont kif jirriżulta mill-istatistika qed iħallu effett pożittiv fil-ħajja ta’ diversi persuni.

Send this to a friend