L-ewwel żwiġijiet bejn l-istess sess fl-Awstralja

Isiru l-ewwel żwieġijiet bejn persuni tal-istess sess fl-Awstralja wara avviż legali għal perjodu ta’ 30 jum. Dan seħħ wara li ġiet iffirmata l-ligi l-gdida f’Dicembru 2017.

Fost l-ewwel koppji li żżewġu kien hemm l-atleta Craig Burns u s-sieħeb tiegħu Luke Sullivan; it-tnejn midħla u magħrufa fil-qasam sportiv. Huma żżewġu eżatt ftit wara li daqq nofs il-lejl fi New South wales.

 

Malta tibqa’ żżomm fil-quċċata f’dawk li huma drittijiet ċivili bil-parlament Malti japprova l-liġi dwar żwieġ bejn l-istess sess fit-12 ta’ lulju 2017.

 

Jitkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom bħala persuna gay b’65 sena differenza fl-età

Louis għandu 13-il sena u Percu għandu 78 sena. It-tnejn li huma huma persuni gay u qalu dan minn ta’ età żgħira, iżda l-esperjenzi tagħhom bħala persuna gay huma ferm differenti.

Dan għax filwaqt li Louis li għandu tlettax-il sena qed jgħix f’dinja li qed tagħraf li kulħadd hu ugwali u għandu jkollu l-istess drittijiet, Percy għex fi żmien fejn din il-mentalità ma kinitx teżisti. Tant li hu rrakkonta kif propju meta hu kien żagħżugħ, jekk kien jinqabad fl-istess sodda ma’ persuna tal-istess sess, kien jiġi arrestat.

Kien propju biex jiġi mmarkat il-50 sena minn meta l-omosesswalità ġiet dekriminilizzata fl-Ingilterra, Wales, li Trent u Luke, żewġ persuni li jagħmlu filmati qosra fuq il-pjattaforma Youtube, iddeċidew li jitkellmu ma’ Louis u Percy dwarhom bħala persuna gay fid-dinja tal-lum u kif ukoll l-esperjenzi li għaddew minnhom.

Aqra aktar

Eżatt malli għaddiet il-liġi, kien hemm proposta għaż-żwieġ fi Pjazza Kastilja!

Issa li jistgħu jiżżewġu b’mod ‘normali’, din il-koppja ħatfet l-okkażjoni immedjatament.

Nicholas dan l-aħħar kiteb kemm ħassu mweġġa, għaliex membri tal-familja stess li attendew l-unjoni ċivili tagħhom, kienu kontra l-emendi fil-liġi taż-żwieġ. Urtat, huwa esprima ruħu permezz ta’ Facebook u qal li wieħed għandu verament jemmen li kulħadd huwa eliġibbli għall-imħabba bl-istess mod.

Malli għaddiet il-liġi, ħareġ bi proposti għaż-żwieġ, din id-darba mhux Unjoni Ċivili. Aqra aktar

Ira Losco tgħid tagħha qabel għada jittieħed vot dwar il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ

F’kumment li kitbet permezz ta’ Facebook, il-kantanta Ira Losco kellha kliem ta’ tifħir favur il-liġi tal-ugwalanza fiż-żwieġ. Spjegat li normalment iżżomm ‘il bogħod minn kontroversji politiċi. Id-dibattitu huwa kontroversjali, fost oħrajn bl-iskumdità li għandhom deputati tal-Partit Nazzjonalista dwar din il-liġi. Losco, madnakollu, qalet li wasal iż-żmien li l-ugwaljanza sseħħ bil-fatti u mhux biss bil-kliem.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Jattakkaw uffiċjalment lil Felix Busuttil

Il-Prim Minsitru taħt it-tinda f’Ħal Għargħur wera solidarjetà sħiħa mal-artist Felix Busuttil fejn qallu li huma l-eluf il-persuni li jissapportjawh.

Muscat qal li hi xi ħaġa tal-mistħija li jkollok sit uffiċjali ta’ partit politiku li jattakka persuna dan kollu għax wera l-appoġġ tiegħu lejn moviment.

Sostna li din hi turija kif ħarġet l-omofobija, m’għottija b’affarijiet oħra. Muscat qal li dawn huma waqtiet fejn il-poplu wera li espressjonijiet ta’ mibgħeda ma jaqbilx magħhom.

Aktar Qabel: Il-Partit Nazzjonalista, jew kif qed isejjaħ lilu nnifsu dan l-aħħar Forza Nazzjonali, ħareġ jattakka uffiċjalment lill-artist Felix Busuttil fuq Facebook.

Filfatt fuq il-paġna uffiċjali tal-Forza Nazzjonali fuq Facebook, ħarġu jattakkaw qatta bla ħabel lill-artist li l-Ħadd filgħaxija waqt it-tieni Mass Meeting ta’ din il-kampanja elettorali fin-Naxxar, tkellem b’emozzjoni dwar kif bid-dritt tal-unjoni ċivili li daħħal Joseph Muscat, ħajtu ngħatat valur u dinjità.

Donnu dan ma niżlilhomx, hekk kif it-Tnejn filgħodu allegaw li tkellem waqt il-Mass Meeting għax jaħdem fil-Kunsill Malti għall-Arti u jifforma parti mill-bord taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi. Agħar minn hekk, ħeġġew lin-nies ixerrdu dan l-attakk.

Dlonk irreaġixxa Felix innifsu, li fuq Facebook wieġeb kif din mhi xejn għajr gidba li mhux biss tinsultah iżda tweġġgħu għaliex kull m’għamel il-Ħadd huwa li tkellem mill-qalb u qal il-verità f’pajjiż demokratiku, kif wara kollox għandu kull dritt jagħmel.

Qal ukoll li din hija turija ċara ta’ kemm wieħed jaqa’ fil-baxx sempliċiment għax ikollu ideoloġiji differenti.

Għalkemm stqarr li dan isaħħaħ biss dak li jemmen fih b’qawwa kbira. U staqsa għaliex din il-mibegħda kollha.

Din ir-reazzjoni kienet tal-Forza Nazzjonali biss, għaliex mumenti wara d-diskors tiegħu kienu diversi l-kmamar tal-aħbarijiet f’pajjiżna li rrappurtaw bi prominenza dwar dak li tkellem dwaru Felix.

Bħall-MaltaToday, li filwaqt li ddeskriviet diskorsu bħala wieħed “powerful”, innotat l-appell biex wieħed ma jibżax jappoġġja dak li jemmen fih, anki jekk jaf li hemm min ma jaqbilx.

L-Independent innotaw li Felix tkellem dwar kif il-moviment immexxi minn Joseph Muscat huwa riflessjoni ta’ trasparenza, u li l-Mexxej Laburista żamm kelmtu miegħu.

Filwaqt li t-Times of Malta kitbu kif għall-artist u żeffien, dan huwa l-aqwa żmien ta’ ħajtu.

“Joseph Muscat żamm kelmtu miegħu. Dan hu l-mument ta’ prova, t’onestà, ta’ mħabba li tirbaħ fuq kollox għax dan huwa l-aħjar żmien ta’ ħajti.” 

“Jien gay…f’unjoni ċivili…se niżżewweġ…jien wara Joseph”

Hekk beda d-diskors tiegħu ż-żeffien u għalliem taż-żfin, Felix Busuttil, li tkellem waqt il-mass meeting fin-Naxxar ftit tal-mumenti ilu.

Qal li meta ngħaqad fl-Unjoni Ċivili, ħares lejn banidera Maltija tperper u qal: “possibbli nista’ nilbes ċurkett wara 20 sena? Possibbli li jekk nixtieq tfal nista’ nadotta?”

Felix Busuttil esprima kemm huwa kburi li huwa Maltin wara dan il-moviment.

“Kburi għax jien stmat.”

Aqra aktar

Bandiera kollha kuluri fost dawk ta’ Malta u tal-PL

Il-bandiera li tissimbolizza ‘gay pride’ qed tperper fost il-bnadar l-oħra, qabel il-mass meeting tal-Partit Laburista f’Ħaż-Żabbar.

Turija ċara ta’ apprezzament lejn l-ammont kbir ta’ progress li sar fejn jidħlu drittijiet ta’ persuni gay. Kellu jkun il-Partit Laburista fil-Gvern li daħħal id-dritt tal-unjoni ċivili, filwaqt li Simon Busuttil astjena mill-vot fil-Parlament dwar din il-liġi.

Issa Joseph Muscat qed iwiegħed li jekk il-poplu jerġa’ jafdah fil-Gvern, l-Unjoni Ċivili jiġi rikonoxxut bħala żwieġ.

Send this to a friend