gass – One News

Notifiki

Il-Gvern jilqa’ l-kummenti tal-K.E. dwar il-proġett tal-power station tal-gass

Il-Gvern laqa’ l-kummenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-proġett tal-Power Station tal-Gass. Fil-kummenti tagħha l-Kummissjoni Ewropea nnutat li ntlaħqu l-għanijiet tal-proġett u li wasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet, għal kontijiet orħos u għat-tneħħija ta’ impjanti antiki u li jniġġsu tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Delimara u l-Marsa.

Dan għal benfiċċju tal-poplu Malti u l-ambjent.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi nnota li dan il-kliem mill-Kummissjoni Ewropea juru kif ir-roadmap tal-enerġija u l-energy mix użata hija l-aqwa strateġija għal pajjiżna.

AĠĠORNAT: L-operazzjoni fil-Mellieħa għadha għaddejja u mistennija tieħu l-ħin

L-operazzjoni ta’ trasferiment tal-gass bejn żewġ bowsers fil-Mellieħa għadha għaddejja u mistennja tieħu l-ħin minħabba li hija parti minn proċess metikoluż. Esperti fil-qasam li tkellmu ma’ one.com.mt spjegaw kif il-proċess irid il-ħin tiegħu hekk kif il-gass jista’ jiffriża u jkisser il-valvi li jinsab għaddej minnhom bil-konsegwenza li joħroġ kollu fit-triq.Aqra aktar

L-impjant tal-gass f’Dellimara kellu mpatt pożittiv fuq l-ekonomija Maltija

Studju dettaljat tal-Bank Ċentrali ta’ Malta nnota b’mod ċar li kieku pajjiżna kellu jiddependi fuq l-interconnector biss, it-tkabbir ekonomiku kien ikun inqas minn dak li kellna. L-istudju li kien ippublikat fl-aħħar jiem ikkonferma l-impatt tal-impjant tal-gass f’Dellimara fuq l-ekonomija Maltija, u jibni fuq studju li kien sar fl-elfejn u sittax minn esperti barranin.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-Gvernatur ta’ Sqallija f’Malta għal taħditiet dwar il-pipe line tal-gass

Il-proġett tal-pipe line tal-gass bejn Malta u Gela fi Sqallija kien fuq nett tal-aġenda bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk Sqallin f’laqgħa importanti li saret f’pajjiżna.

Il-laqgħa ssegwi l-aħbar li fil-jiem li ġejjin se jibda x-xogħol fuq tliet studji meħtieġa biex jinkisbu l-permessi għall-bini tal-pipeline. L-istudji jinkludi r-rotta f’qiegħ il-baħar, l-effetti fuq l-ambjent u d-disinn għall-infrastruttura meħtieġa.Aqra aktar

“Il-proġett tal-power station tal-gass kien l-akbar wieħed li sar f’pajjiżna”- il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li l-proġett tal-power station tal-gass kien l-akbar proġett infrastrutturali u innovattiv li qatt sar f’pajjiżna, u dan f’ċirkostanza fejn il-Gvern Nazzjonalista kien jgħid li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma jistgħux jorħsu, u l-pajjiż lanqas jista’ jaqleb għal ġenerazzjoni tal-elettriku li taħdem bil-gass.

Aqra aktar

L-Awditur Ġenerali jikkonkludi li l-proġett tal-power station tal-gass kien serju u trasparenti fl-istadji kollha tiegħu


Investigazzjoni estensiva li għamel l-Awditur Ġenerali dwar il-proġett tal-power station tal-gass, ikkonfremat għal darb’oħra li l-għoti tal-kuntratt lill-konsorzju Electrogas sar b’mod serju, trasparenti, u b’mod strutturat. F’Jannar tas-sena li għaddiet, il-Kummissjoni Ewropea approvat il-proġett kollu tal-power station il-ġdida f’Dellimara.

L-Awditur Ġenerali beda jinvestiga dan il-proġett fuq talba tal-Oppożizzjoni f’Lulju ta’ tliet snin ilu, wara li din għamlet sensiela ta’ allegazzjonijiet. Aqra aktar

Jingħataw tliet kuntratti għall-istudju tal-proġett tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija

Il-proġett tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija daħal f’fażi importanti bl-għoti ta’ tliet kuntratti ġodda għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġett li se jkun magħruf bħala l-Melita TransGap Pipeline.

Id-dettalji dwar il-kuntratti tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-enerġija Joe Mizzi li stqarr li l-mira tal-Gvern hi li x-xogħol fuq il-bini tal-pipeline stmat li jiswa 350 miljun ewro jitlesta sal-aħħar tal-2024.Aqra aktar

Send this to a friend