garaxx – One News

Żnażan jinvadu bieb ta’ garaxx f’Birkirkara

Mara minn Birkirkara tellgħet dan ir-ritratt fuq il-mezz tal-midja soċjali facebook fejn talbet għajnuna dwar x’għandha tagħmel biex tkun tista’ taċċessa l-garaxx tagħha minħabba żnażan li nġemgħu f’ammont kbir.

Fost il-kummenti, kien hemm min kiteb li dan huwa proċess naturali taż-żnażan li jagħmlu meta jiġu biex ibidlu d-dar tagħhom.

Jgħid fil-Qorti li jgħix f’garaxx

Adrian Zammit, ta’ 22 sena, minn San Gwann, deher fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, mressaq fuq l-akkużi ta’ pussess ta’ kokajina u pussess aggravat ta’ kannabis wara li nstab fil-pussess ta’ 250 gramma tad-droga, lesta għat-traffikar.Aqra aktar

FILMAT: Mitluba l-għajnuna biex jinstab dan ir-raġel

Il-kumpanija FX Garage Van & Car Hire qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jiġi identifikat ir-raġel li daħal jisraq fl-uffiċini tal-kumpanija fiż-żona industrijali ta’ Bulebel, iż-Żejtun. Fil-filmat ir-raġel jidher jipprova jisraq mill-istess uffiċju ftit tal-jiem ilu. Jekk xi persuna għandha xi informazzjoni tista’ tagħmel kuntatt mal-kumpanija fuq il-paġna tagħhom ta’ facebook.

Aqra aktar

Garaxx jieħu n-nar f’Birżebbuġa

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Pulizija qed jassistu f’operazzjoni tat-tifi tan-nar f’Birżebbuġa, fiż-żona magħrufa bħala tal-Papa, hekk kif garaxx inħakem minn nirien.

Aqra aktar

Żagħżugħ ta’ 18-il sena ħati li seraq minn kollox – anke remote controls

Redeemer Farag Abdel Ghany Ali tpoġġa fuq probation wara li nstab ħati fuq serq minn karozza.

Iż-żagħżugħ ta’ tmintax-il sena li jgħix Ħaż-Żabbar kien mixli li f’Marzu ta’ tlett snin ilu ikkommetta serq ta’ pawċ li fih kien hemm diversi oggetti fosthom flus, minn ġewwa vettura tat-tip Citroen.

Fost l-oġġetti l-oħra li seraq kien hemm diversi ċwievet u żewg remote controls ta’ bibien ta’ garaxxijiet.

Il-Qorti qieset il-fedina penali nadifa tal-akkużat, u apparti l-ordni ta’ probation, iż-żagħżugħ kien ordnat li jirrifondi l-flus li seraq.

Nirien jeqirdu erba’ trakkijiet f’garaxx fil-Mosta

Kellhom ikunu disa’ pumpiera, żewġ uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u diversi sigħat biex intefa’ nirien f’garaxx il-Mosta fejn ħadu n-nar erba’ trakkijiet.

In-nirien kienu kbar ħafna u l-ħidma għall-membri tal-Protezzjoni Ċivili kienet diffiċli mmens hekk kif ma setgħux jidħlu fuq ġewwa tal-garaxx b’mod faċli. Il-garaxx jinsab taħt residenzi u minbarra li kważi nqerdu għal kollox erba’ vetturi kummerċjali saret ukoll ħsara strutturali sostanzjali fil-bini. Saħansitra kienu evakwati numru ta’ residenzi. Aqra aktar

Send this to a friend