Notifiki

BIL-FILMAT: Il-Ministru Bartolo jitkellem fuq ix-xogħol kbir li sar fil-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja

Il-ġimgħa d-dieħla, il-pajjiżi msieħba fit-Task Force t’Azzjoni Finanzjarja, l-FATF, mistennija jieħdu vot dwar Malta u l-azzjonijiet ta’ pajjiżna fil-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja u l-finanzjament tat-terroriżmu.Aqra aktar

Se jiġi mħabbar il-pjan t’azzjoni tal-G7 dwar il-kontroll ta’ pandemija

Il-mexxejja tal-G7, li bħalissa jinsabu f’Cornwall fl-Ingilterra għal summit, se jkunu qed jimpenjaw irwieħhom sabiex jużaw ir-riżorsi kollha tagħhom fi sforz sabiex jassiguraw illi l-impatt devastanti li ħalliet il-pandemija tal-COVID ma terġax tirrepeti ruħha.

Infatti, llum huwa mistenni li joħorġu dikjarazzjoni li tistabilixxi numru ta’ miżuri ta’ kif se jintlaħaq dan il-għan. Wieħed mill-għanijiet huwa li, f’każ ta’ pandemija, jiġu żviluppati vaċċini li jilqgħu kontra l-mard infettiv f’minn tal-inqas 100 jum.

Aqra aktar

Johnson jiddeskrivi lil Biden bħala “nifs ġdid” fl-ewwel laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson iddeskriva lill-President Amerikan Joe Biden bħala “nifs ġdid” wara li ltaqgħu għall-ewwel darba lejliet is-summit tal-G7 f’Cornwall.

Johnson qal li l-Amerka trid taħdem ma’ pajjiżu fuq diversi kwistjonijiet, fosthom is-sigurtà, in-NATO u t-tibdil fil-klima.

Żied li hemm armonija sħiħa mal-Amerka dwar l-Irlanda ta’ Fuq.

Fil-laqgħa, iż-żewġ mexxejja stabilixxew pjan dwar l-ivvjaġġar mill-ġdid lejn l-Atlantiku, wara li l-Amerka pprojbixxiet lill-maġġoranza tal-Brittaniċi milli jidħlu malli faqqgħet il-pandemija.

ARA: Il-Prim Ministru Kanadiż jgħid li Trump kien insulenti

Is-summit tal-G7 spiċċa bil-President tal-Istati Uniti, Donald Trump irtira lura l-approvazzjoni tiegħu tad-dikjarazzjoni konġunta.

Huwa akkuża lill-Prim Ministru tal-Kanada, Justin Trudeau li aġixxa b’mod leġġer waqt il-laqgħat.

Is-summit kien iddominat minn nuqqas ta’ qbil, partikolarment fuq in-negozju.

Trudeau ddeskriva bħala insulenti, d-deċiżjoni ta’ Trump biex jinvoka s-sigurtà nazzjonali biex jiġġustifika t-tariffi.

Il-mexxejja tal-iktar pajjiżi sinjuri jinsabu fi Sqallija

Illum se jibda jiltaqa’ s-summit tal-G7 f’Taormina Sqallija. Il-pajjiżi li jiffurmaw il-G7 huma l-Istati Uniti, Renju Unit, Ġappun, l-Italja, l-Kanada u Franza.

Matul il-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa waslu fi Sqallija l-President Franċiż Emmanuel Macron, il-Prim Ministru Ingliż Theresa May u l-President tal-Istati Uniti li għalihom se jkun l-ewwel summit tal-G7.

Aqra aktar

Send this to a friend