futbol – Page 4 – One News

Notifiki

Il-Pulizija tħejji għal Malta kontra l-Ingilterra

Iktar minn ħamest elef Ingliż li ġejjin Malta għal-logħba bejn Malta u l-Ingilterra fl-ewwel ta’ Settembru kienu skrutinizzati mill-pulizija Maltija, li għal din il-logħoba qed tħejji b’serjetà kbira. 

Tant li kkolaborat mal-pulizija Ingliża li wkoll kellha sehem f’dan il-proċess. 

Tkellimna mal-ispettur Robert Vella li għal dawn l-aħħar ġimgħat kienet fdata lilu l-biċċa ugigħ ta’ ras li jkun assigurat li f’dak il-jum tant mistenni mid-dilettanti tal-futbol kollox jimxi ħarir mil-lat ta’ sigurtà

Aqra aktar

Imut l-eks plejer Joe Cilia

Joe Cilia, meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-ġenerazzjoni tiegħu, tilef ħajtu fl-età ta’ 79 sena.

Id-difensur kien membru mat-tim ta’ Malta meta lagħbu kontra l-Awstrija fl-Empire Stadium fil-Gżira fl-1957, l-ewwel logħba uffiċjali internazzjonali.

Aqra aktar

Issa mħatri fuq logħob ta’ ħbiberija f’Malta wkoll

Donnu m’hemmx limitu għal imħatri fl-isport. Hekk kif diversi timijiet Maltin bdew il-logħob ta’ ħbiberija, kumpaniji tal-imħatri internazzjonali qed joffru l-possibbiltà li wieħed jilgħab fuq dan il-logħob b’dilettanti tal-logħba tal-ballun jgħidu li logħba ta’ ħbiberija jaf toffri iktar tentazzjoni biex tkun imbagħbsa anke għax ikun hemm inqas skrutinju.

Aqra aktar

Issa tista’ tixtri season ticket għal-logħob tal-Premier

Season tickets se jiġu introdotti minn dan l-istaġun wara li ntħalaq ftehim mal-Kumitat Permanenti tal-Premier League Malti. Dan tħabbar mis-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Dr Angelo Chetcuti, waqt li kien qed jaqra r-Rapport Amministrattiv tal-MFA matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA li saret is-Sibt.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jilqa’ lil Lija Athletic F.C f’Kastilja

Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat laqa’ lill-plejers ta’ Lija Athletic F.C f’Kastilja li telgħu Premiere.

Huma ppreżentawlu l-gear tal-futbol bin-numru tnejn li kien jilgħab missier il-Prim Ministru bih.

Il-Prim Ministru rringrazzjahom u awgurawlhom kull suċċess.

 

 

Jibdew ix-xogħlijiet fuq il-grawnd taċ-Ċentinarju

Bdew ix-xogħlijiet ta’ installazjoni fil-grawnd taċ-Ċentinarju f’Ta Qali. Dan il-proġett infrastrutturali se jsir b’investiment ta’ €400,000 u fi kliem l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol, l-MFA, huwa proġett bżonnjuż ħafna li se jkun qed jara li dawn il-grawnd isir b’mod professjonali li jilħaq l-istandards tal-FIFA.

Il-proġett qed jitmexxa mid-Direttur tal-MFA għall-iżvilupp tan-negozju, Emanuel Cassar. Il-ħidma bdiet it-Tnejn biex jitneħħa r-rubber mill-pitch eżistenti tal-grawnd taċ-Ċentinarju. Ix-xogħol jinkludi ukoll l-installazzjoni ta’ bankini ġodda għad-diriġenti, kowċis u riservi tat-tim u x-xogħol mistenni jitlesta sal-aħħar ta’ Lulju, b’hekk kollox ikun lest sal-istaġun li jmiss.

Aqra aktar

Send this to a friend