Notifiki

Il-logħob tal-futbol f’Għawdex se jibdew jixxandru b’mod dirett

L-Assoċjazzjoni Għawdxija tal-Futbol ingħatat €150,000 f’għajnuna finanzjarja mill-Ministeru għal Għawdex sabiex għall-ewwel darba l-Assoċjazzjoni tibda xxandar il-logħob b’live streaming. Dan hekk kif kawża tal-pandemija l-logħob ta’ dan l-istaġun għadhom qed jintlagħbu wara l-bibien magħluqa.Aqra aktar

Imut il-plejer leġġendarju Paolo Rossi

Il-plejer leġġendarju Taljan Paolo Rossi miet fl-età ta’ 64 sena.

Il-mewt tal-eks attakkant Taljan tħabbret minn martu fuq instagram fejn kitbet il-kliem “Għal Dejjem”.

Mhux magħrufa l-kawża tal-mewt tiegħu għalkemm il-midja Taljana qed tirrapporta li Rossi kien marid.

Rossi jibqa’ mfakkar għal forma eċċellenti li kellu fit-Tazza tad-Dinja tal-1982, meta l-Italja rebħet l-unur mondjali.

F’dik is-sena huwa rebaħ il-ballun u ż-żarbun tad-deheb.

F’dak it-turnew kien skorja sitt gowls.

Fl-Italja huwa lagħab ma’ Vicenza u Juventus.

Send this to a friend