Jum ta’ Luttu Nazzjonali. Il-bnadar mezzasta. U l-ilsien Malti, bil-vistu, jibki wieħed minn uliedu. Tingħata l-aħħar tislima lill-Poetà u kittieb Malti l-Professur Oliver Friggieri.Aqra aktar

Jum ta’ Luttu Nazzjonali. Il-bnadar mezzasta. U l-ilsien Malti, bil-vistu, jibki wieħed minn uliedu. Tingħata l-aħħar tislima lill-Poetà u kittieb Malti l-Professur Oliver Friggieri.Aqra aktar
14:12 – Tibda l-quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fejn se tingħata l-aħħar tislima lill-Prof. Friggieri.Aqra aktar
Għada pajjiżna se josserva jum ta’ luttu nazzjonali minħabba li se jsir funeral mill-Istat tal-Professur Oliver Friggieri.Aqra aktar
Il-funeral tal-Professur Oliver Friggieri se jsir għada fis-2:00 ta’ waranofsinhar fil-Kon-Katridal ta’ San Ġwann fil-Belt. Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Gvern.Aqra aktar
Ħu l-mibki Renald Falzon qal li l-inqas ħaġa li l-familja Falzon xtaqet tisma’ kien lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jippolitiċizza l-mewt tal-għażiż ħuh.
“Dan huwa inaċċettabbli u nikkundanna bis-sħiħ id-diskors li għamel. F’dan iż-żmien għandna bżonn is-sostenn u s-sapport u mhux dan in-nuqqas ta’ rispett minn Kap tal-Oppożizzjoni”, saħaq Marco Falzon.
L-għada li sar il-funeral tas-Sindku Qormi li kien maħbub u magħruf li jaħdem mingħajr ma jħares lejn uċuh, il-Kap tal-Oppożizzjoni f’attività politika fiż-Żurrieq, infexx jgħajjat u ppolitiċizza l-mewt ta’ Renald Falzon u mwiet oħra ta’ persuni mill-Covid-19.
Fuq il-profil tiegħu fuq facebook, Marco Falzon esprima l-weġgħat tiegħu u tal-familja mhux biss għall-mewt ta’ Renald li l-Qriema sellmulu kif jixraq iżda qasam ma’ kulħadd id-dieqa li l-Kap tal-Oppożizzjoni prova jiskorja punti politiċi bil-mewt ta’ xi ħadd.
Marco Falzon qal li dan huwa mument diffiċli ħafna għall-familja wara l-mewt ta’ missier ta’ tlett itfal. Saħaq li ma hemmx kliem biżżejjed biex jesprimu d-dieqa u l-ugigħ li għaddejjin minnu.
Anki qarib tal-familja, Henry Zaffarese kiteb fejn esprima d-dulur li għaddejja minnu l-familja. “Missek tistħi tinqeda b’mewta ta’ persuna li għadha kif ħallietna biex mingħalik tattakka l-Gvern”, saħaq Zaffarese. Qal li l-qraba jafu x’dulur ħassew oħtu u wliedha b’rabta mad-diskors li qal il-Ħadd filgħodu l-Kap tal-Oppożizzjoni.
“Ara vera ma tafx xi tgħid u ma tafx min kien verament Renald”, saħaq Zaffarese li fakkar kif Renald kien jgħin lil kulħadd, irrispettivament mill-kuluri politiċi.
Is-Sibt filgħodu, il-Qriema taw l-aħħar tislima lis-Sindku maħbub tagħhom, Renald Falzon. Huwa miet il-Ġimgħa fl-età ta’ 46sena fl-Isptar Mater Dei, wara li kien ilu jissielet kontra l-Covid-19 għal diversi jiem.Aqra aktar
Illum waranofsinhar ingħatat l-aħħar tislima lid-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi fir-Rotunda Arċipritali ta’ San Ġwann il-Battista tax-Xewkija. Azzopardi miet nhar is-Sibt li għadda fl-età ta’ wieħed u sebgħin sena.Aqra aktar
Fil-Knisja ta’ San Pawl f’Ħal Safi, ingħatat l-aħħar tislima lil Christ Zahra ta’ 36 sena li miet traġikament fid-29 ta’ Settembru fil-Freeport.Aqra aktar
Il-funeral taċ-ċkejkna Emily se jsir nhar it-23 ta’ Lulju. Dan wara li aktar kmieni f’dan ix-xahar hija ħalliet din id-dinja.Aqra aktar
Bħalissa għaddej il-funeral ta’ George Floyd, li l-mewt tiegħu xegħel dawl fuq ir-razziżmu b’għadd ta’ protesti madwar id-dinja. Il-funeral qed isir f’Houston Texas. Huwa se jkun qed jindifen ħdejn ommu. Aqra aktar
Send this to a friend