Ftehim li jqarreb studenti żgħar lejn ix-Xjenza

Permezz ta’ ftehim li ġie ffirmat bejn il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija l-MCST u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, studenti tal-primarja sa anke ċkejknin tal-kindergarten se jkunu qed jieħdu sehem fi programm organizzat mill-Esplora.Aqra aktar

Ftehim ġdid bejn l-MCAST u l-WSC

L-iffirmar ta’ ftehim ġdid bejn l-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ser iwassal biex għat-tliet snin li ġejjin studenti li jkunu qed jistudjaw dwar il-qasam tal-Ilma, jagħmlu dan b’kollaborazzjoni mal-korporazzjoni prinċipali inkarigata minn dan il-qasam f’pajjiżna.

Aqra aktar

Ftehim mal-Kunsilli għal għajnuna addizzjonali ta’ tindif u manutenzjoni

Il-Kunsilli Lokali tal-Mosta, Ħal Luqa, il-Gżira, Raħal Ġdid, l-Imġarr u Ħaż-Żabbar huma biss uħud minn Kunsilli oħra li ssieħbu fi ftehim mad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni għal servizzi addizzjonali fil-lokalitjiet f’każ ta’ bżonn.Aqra aktar

Ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u s-Salesjani

Anzjani u żgħażagħ bi sfidi soċjali u bżonn ta’ akkomodazzjoni alternattiva se jibdew jgħixu f’binja li hija l-ewwel tat-tip tagħha fil-gżejjer Maltin.Aqra aktar

Iffirmat ftehim mal-Għaqda Ħbieb tal-Morda u tal-Anzjani

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Għaqda volontarja Ħbieb tal-Morda u tal-Anzjani f’Għawdex, biex grazzi għal nefqa ta’ erbgħa u għoxrin elf ewro tingħata tnax-il sodda tal-elettriku u ħames electronic person hoists għall-anzjanu u l-morda.Aqra aktar

Ftehim bejn il-Gvern u n-Nazzjonijiet Magħquda għal skola tas-sajf virtwali dwar il-protezzjoni tat-tfal

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo ffirma ftehim għal skola tas-sajf virtwali dwar il-protezzjoni tat-tfal u l-prevenzjoni ta’ ksur gravi kontra tfal f’konflitti armati mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda għat-Tfal u Kunflitti Armati Virginia Gamba waqt ċerimonja ta’ ffirmar virtwali nhar il-Ħamis, 8 ta’ Lulju 2021.Aqra aktar

Send this to a friend