fsws – One News

Notifiki

Proprjetà mitluqa fil-Belt se tinbidel fi tmien appartamenti għall-FSWS

B’investiment ta’ miljun u mitejn elf ewro, proprjetà li kienet mitluqa fi Triq Żekka fil-Belt Valletta, qed terġa’ tingħata l-ħajja, u se tgħaddi għand il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali biex tintuża bħala akkomodazzjoni soċjali.Aqra aktar

Ċempel 1772 jekk tħossok waħdek


Ċempel 1772 jekk qed tħossok waħdek, iżolat jew sempliċiment tixtieq tgħid kelma. Il-Gvern nieda helpline ġdid kontra s-solitudni li forsi f’dan il-perjodu taż-żmien li għaddejjin minnu jkun hawn min iħossu waħdu jew sempliċiment jixtieq jibqa’ f’kuntatt ma’ xi ħadd. Aqra aktar

Futur sabiħ għal erba’ aħwa

Erba’ aħwa se jkunu qed jingħaqdu lura flimkien u jgħixu f’residenza waħda, fir-Residenza Santa Margerita. L-aħwa jinsabu lkoll taħt ħarsien alternattiv u għalhekk iktar minn qabel inħass il-bżonn li lkoll jerġgħu jingħataw lura sens ta’ familja. Aqra aktar

€3 miljun aktar għall-FSWS


Il-Ministru għall-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon ħabbar żieda ta’ €3 miljun fl-allokazzjoni lill-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali. Aqra aktar

Ftehim b’rabta mar-riforma tal-kannabis

Ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS, b’rabta mar-riforma tal-kannabis. Aqra aktar

Send this to a friend