


Front Ħarsien ODZ jilqa’ dikjarazzjoni tal-Prim Ministru
Il-Front Ħarsien ODZ laqgħu id-deċiżjoni tal-gvern, kif ikkomunikata mill-Prim Ministru, li tkun eskluża art ODZ mill-espansjoni tal-Port Ħieles f’Birżebbuġa. Dan għax il-Prim Ministru, b’kuntrast mal-Kap tal-Oppożizzjoni, għamilha ċara li ma jridx il-Port Ħieles jikber fuq in-naħa tar-residenti.

Busuttil “ixxokjat” b’dikjarazzjoni ta’ Muscat dwar il-freeport
Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, iddikjara li hu “ixxokjat” bid-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat li iktar kmieni din il-ġimgħa esprima l-fehma li l-Port Ħieles ma jistax jibqa’ jikber fuq in-naħa tar-residenti ta’ Birżebbuġa.
Minflok il-Prim Ministru qal li l-gvern qed iħares lejn ħub loġistiku f’Ħal Far.Aqra aktar

Deċiżjoni ċara
Il-bieraħ ħadt nifs ta’ mistrieħ meta smajt lill-Prim Ministru jgħid li ma jħossux komdu jagħti aktar art verġni lill-Freeport biex ikabbar l-operat tiegħu, speċjalment art li tkun viċin ir-residenti.
Mhux faċli li tieħu deċiżjoni simili iżda issa intqalet iswed fuq l-abjad. Madanakollu l-Prim Ministru ma waqafx ma dik id-deċiżjoni, anzi, Joseph Muscat offra alternattiva oħra sabiex jiġi żgurat li l-Freeport ikun jista’ jilqa’ għall-isfidi tiegħu u tal-pajjiż u fl-istess ħin bl-inqas inkonvenjent għar-residenti. Il-kunċett li Malta ssir hub loġistiku ilha miktuba fuq il-ħajt u għalhekk il-Gvern irrisponda billi identifika sit fiż-żona ta’ Ħal Far li se tkun qed tintuża bħala ċentru loġisitiku.