freeport – Page 2 – One News

Notifiki

€148,000 f’kumpens wara li ndarab fuq il-post tax-xogħol

Nazzareno Abela ta’ sebgħa u sittin sena u eks ħaddiem tal-Freeport rebaħ kumpens ta’ kważi mija u ħamsin elf ewro wara li tnax-il sena ilu ndarab fuq il-post tax-xogħol u ġarrab għoxrin fil-mija diżabilità permanenti.

Huwa ndarab waqt li kien qed jaħdem it-tielet xift konsekuttiv ta’ tmien sigħat.

Is-Sur Abela kellu ħamsa u ħamsin sena u 21 sena esperjenza fix-xogħol tal-Freeport meta seħħ l-inċident. Huwa baqa’ dieħel f’travu tal-konkrit waqt li kien qiegħed isuq trakk għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħodu.

Aqra aktar

Aktar ħsejjes f’Birżebbuġa minn kemm huwa permessibbli

Rapport ikkummissjonat fl-2014 mill-Malta Freeport Terminals Ltd dwar il-livelli ta’ ħsejjes f’Birżebbugia u l-akwati, kawżati mix-xogħol fil-Port Ħieles, juri li ġeneralment dawn huma ogħla minn dawk permessibbli mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kemm matul il-jum kif ukoll matul il-lejl.

Koppja tar-rapport tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru għall-Kompetittività Emanwel Mallia għal mistpqsija parlamentari ta’ Anthony Agius Decelis. L-istudju sar bejn Frar tal-2014 u Jannar tas-sena l-oħra.

Aqra aktar

Kumpens ta’ €131,000 u prattiċi li kienu tal-‘preistorja’

Impjegat tal-Freeport li sofra danni permanenti għal saħħtu kien ordnat kumpens ta’ €131,000.

Fi rikors għad-danni, il-ħaddiem Alexander Ciantar qal li weġġa’ f’Diċembru 2010 meta kien assenjat iwettaq manuvri li jikkonsistu fl-irbit f’kontenituri flimkien.

Biex jagħmel dan, kellu jitla’ sitt sulari ‘l fuq mill-moll, fuq il-vapur. Qal li ma ġiex pprovdut b’tagħmir ta’ komunikazzjoni u ma setax għalhekk jikkomunika mal-operatur tal-krejn. Dan tal-aħħar għamel manuvra li ħasdet lil Ciantar u spiċċa imbuttat fuq kontenitur.

Aqra aktar

Il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa jinsisti li l-Freeport iħallas €955,000

Il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa qed jinsisti li l-l-Freeport Terminals għandu jħallas il-planning gain ta’ €955,000. Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Awtorità tal-Ippjanar u t-terminal qiegħed jappellaha.

Dan għax il-kumpanija qed tgħid li din is-somma mhix planning gain iżda multa li m’għandiex tkun mitluba tħallas. Il-planning gain kien marbut ma’ permess għall-installazzjoni ta’ krejnijiet ġodda u l-Freeport qed jgħid li dawn inaqqsu l-impatt ambjentali speċjalment minħabba r-rekwiżiti ġodda fid-dawl u l-ħoss.

Aqra aktar

Il-Malta Dockers Union titlob spjegazzjoni ċara dwar il-Freeport

Fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet u stqarrijiet pubbliċi li saru fil-gimgħat li għaddew dwar it-tkabbir u l-futur tal-Malta Freeport, il-Malta Dockers Union illum kitbet lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni fejn talbet li tiltaqa’ magħhom biex tiġi diskussa u spjegata l-pożizzjoni tagħhom dwar dan is-suggett li ħoloq tħassib fost il-membri tal-Union.

Aqra aktar

Wieħed mill-akbar vapuri tal-kontejners f’Malta

Il-vapur tal-kontejners ‘MSC Sveva’ b’kapaċità li jġorr aktar minn 19,000 kontejner illum daħal għall-ewwel darba fil-Malta Freeport.

L-‘MSC Sveva’ huwa wieħed mill-akbar vapuri tal-kontejners fid-dinja u l-akbar vapur li qatt daħal  fil-Malta Freeport. Dan kien biss possibli għall-viżjoni għaqlija u l-investiment kontinwu li l-Kumpanija tagħmel biex tkun tista’ tilqa’ dan id-daqs ta’ vapuri. Sabiex jinħadem dan il-vapur f’Malta kien jeħtieġ fond biżżejjed ta’ baħar, cranes ta’ l-aħħar ġenerazzjoni li huma fost l-ikbar fil-Mediterran u l-aħħar u mhux l-inqas, taħriġ lill-ħaddiema biex joperaw dawn il-cranes ġodda.Aqra aktar

Ċittadini tan-nofsinhar sodisfatti

Iċ-ċittadini tan-naħa t’isfel ta’ Malta huma sodisfatti bil-pożizzjoni tal-Prim Ministru kontra t-tkabbir bla ħtieġa tal-Freeport. Iċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta Silvio Parnis qal li ma setax jonqos li r-residenti u n-negozji f’din iż-żona jilqgħu l-impenn tal-Gvern li ma jħallix żvilupp li jimpatta b’mod ħażin l-ambjent tal-madwar.

“Id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru tixhed il-bilanċ ġust li qed jintlaħaq taħt dan il-Gvern bejn l-iżvilupp ekonomiku, l-ambjent u l-kwalita’ ta’ ħajja,” saħaq Silvio Parnis fi stqarrija. Waqt li l-Freeport tibqa industrija importanti li toffri sostenibbiltà u impjiegi għal pajjiżna, l-amministrazzjoni trid tieħu ħsieb li l-qagħda soċjali u ambjentali tkun dik li jixirqilha l-kommunita ta’ Birżebbuġa.

Parnis ingħaqad mal-pożizzjonijiet tal-Front Ħarsien ODZ u tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa f’appoġġ lejn ir-rieda tal-Gvern li l-art okkupata mill-Freeport ma tkomplix tespandi.

Aqra aktar

Send this to a friend