Notifiki

L-Air Malta tikber b’34.6 % fi Frar li għadda

Fi Frar li għadda l-Air Malta ġarret 34.6 % passiġġieri aktar meta mqabbel mas-sena li għaddiet, żieda rekord matul ix-xahar li tradizzjonalment huwa meqjus l-aktar dgħajjef tas-sena. Il-linja tal-ajru Maltija ġarret total ta’ 26,000 passiġġier aktar minn Frar 2017.

Bejn Novembru tas-sena li għaddiet sa Frar ta’ din is-sena, il-Linja tal-Ajru rrappurtat tkabbir qawwi ta’ 24 %, li jagħmel din ix-xitwa waħda mill-aktar staġuni ta’ suċċess għall-Air Malta.

Fl-aħħar sitt xhur l-Air Malta nediet total ta’ 13-il rotta ġdida inkluż tliet servizzi bejn pajjizi Ewropej. Il-linja tal-ajru rnexxielha ttejjeb l-utilizzazzjoni tal-ajruplani tagħha konsiderevolment u qiegħda wkoll taħdem qatigħ sabiex tiżgura li l-ajruplani tagħha jtiru aktar sigħat sa 12-il siegħa kuljum fix-xitwa u 14-il siegħa fis-sajf, bl-ispiża tinfirex fuq aktar rotot li twassal għal żieda fid-dħul tagħha.

Aġġornat: Rajt kollox iseħħ quddiemi…tkompli l-kumpilazzjoni dwar il-każ DCG

Rajt kollox iseħħ quddiemi-ballun tan-nar li qabad mat-tieni splużjoni- hekk xehed Francis Sant waqt il-kumpilazzjoni tal-Qorti b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Francis Sant kien l-ewwel persuna li ra d-delitt makabru iseħħ quddiemu.  Dan ir-raġel li huwa mill-Bidnija u li kien jgħix ftit il-bogħod minn Daphne Caruana Galizia jirrakkonta bi preċiżjoni x’ġara dakinhar li seħħ il-qtil:

“Kont tlajt bicca sew mit-telgħa tal-Bidnija fejn fl-istess waqt lmaħt karozza zgħira ġejja fl-oppost tiegħi-bi speed bilmod..u fil-frattemp, din il-karozza naraha tieqaf u fi ftit sekondi għamlet l-ewwel sparatura minn taħt”

Sant spjega li malli ntebaħ bl-ewwel splużjoni, huwa waqaf sobtu faċċata tagħha- fejn kien ftit metri l-bogħod minn Daphne Caruana Galizia:

“ftit sekondi wara seħħet splużjoni enormi-il-karozza qabżet is-sies u spiċċat ġo għalqa- din baqgħet miexja sa ma waslet għal diżlivell ieħor fejn mbagħad wara niżlet ġo għalqa.

Mat-tieni spluzjoni, Francis Sant saq ftit il-quddiem u minnufih niżel mill-karozza fejn lemaħ xo partijiet fl-art. Huwa li ntebaħ li l-vittma kienet Daphne Caruana Galizia malli ra lill-binha Matthew.

Fil-Qorti telgħu numru ta’ xhieda li kienu fuq il-post fosthom pumpiera kif ukoll pulizija- bl-aktar kumment li spikka kien li fil-ħin illi seħħ il-każ kien hemm kaos- fejn kulħadd kien qed jagħmel minn kollox sabiex jaqdi dmirijietu bl-aħjar mod possibbli.

B’rabta mal-operazzjoni li waslet għall-arresti tal-aħwa Degiorgio kif ukoll Vince Muscat, id-difiża provat timplika li fil-ħin li saru t-tfixxijiet fil-maħżen l-Marsa kien għad m’hemmx mandat ta’ tfixxija maħruġ mill-Maġistrat.  Kien hawnhekk li l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ċanfret lill-istess avukat- dan hekk kif il-mandati ta’ tfixxija nħarġu.

Il-MAM tissospendi d-direttivi għall-ħamis u l-ġimgħa li ġej

Il-MAM avżat li qed tissospendi d-direttivi għall-Ħamis 15 u l-Ġimgħa 16 ta’ Frar bħala sinjal ta’ rieda tajba.

Il-Unjin tgħid li qed tistenna l-laqgħa ta’ nhar l-erbgħa li ġej bil-għan li ż-żewġ naħat ikomplu jaħdmu biex tintlaħaq konklużjoni sodisfaċenti.

Malta fl-ewwel post fl-Ewropa għall-ammont ta’ xita li niżlet f’24 siegħa

Fil-jum tal-10 ta’ Frar, Malta telgħet fl-ewwel post għal aktar pajjiż Ewropew li fih niżlet xita f’ 24 siegħa.

Dan ixxandar mis-sit Spanjol Ogimet li jiġbor informazzjoni dwar it-temp mill-istazzjonijiet tat-temp madwar id-dinja kollha u joħroġ lista ta’ rekords kemm għat-temperaturi u kif ukoll għall-ammont ta’ xita li niżlet madwar id-dinja.

Malta kisret dan ir-rekord il-bieraħ għal ġurnata, hekk kif ġiet imkejla 116.2mm xita fuq Ħal Luqa.

Dan l-ammont ta’ 116.2mm xita li niżlet f’ġurnata, huwa kważi d-doppju tax-xita li s-soltu tinżel fi Frar kollu bħala medja.

Minn madwar id-dinja kollha, Malta irreġistrat fit-8 post. Dan dejjem fir-rigward tal-jum tal-10 ta’ Frar 2018. Dan tħabbar fuq is-sit First Malta https://www.facebook.com/firstmalta

Send this to a friend