Franza – Page 7 – One News

Notifiki

Marcon u Le Pen rebbieħa fi Franza

B’97% tal-voti magħduda mill-ewwel rawnd li seħħ il-Ħadd fi Franza, jidher li li l-kandidat ċentrist Emmanuel Macron u l-kandidata tal-lemin estrem Marine Le Pen rebħu dan l-ewwel rawnd tal-voti fl-elezzjoni Presidenzjali Franċiża.

Midja Franċiża qed tgħid li Macron rebaħ 23.9% filwaqt li Le Pen rebħet 21.4%. Macron qatt ma ħa sehem fi proċess elettorali qabel u issa se jkun qed itellaq it-tellieqa ma’ Le Pen u huwa l-favorit fl-elezzjoni li se ssir fis-sebgħa ta’ Mejju li ġej.

Din hija l-ewwel darba f’sitt deċenji li ħadd mill-partit ewlieni xellugi jew lemini m’għandu kandidat fit-tieni rawnd tal-votazzjoni. F’diskors lill-partitarji, Macron iddeskriva lilu nnifsu bħala l-għażla patrijottika għal Franza filwaqt li Le Pen ukoll appellat lill-patrijottiċi kollha billi qalet li vot għalija huwa ċ-ċavetta għas-sopravivenza ta’ Franza.

Il-Franċiżi joħorġu jivvutaw

Taħt sigurtà stretta, illum il-Franċiżi joħoġu jivvutaw fl-elezzjoni Presidenzjali tal-pajjiż.

Elezzjoni li qed issegwi attakk terroristiku fil-kapitali Franċiża tlett’ijiem ilu.

Mal-ħamsin elf uffiċjal tal-Pulizija u sebat’elef suldat jinsabu madwar il-pajjiż biex jassiguraw l-ogħla sigurtà.

Aqra aktar

Titħajjar tmur Franza? Issa aktar faċli

Jekk tħobb tivjaġġa, u tgħoġbok Franza, din l-aħbar tajba għalik.

Se jibdew isiru titjiriet bejn Bordeaux u Malta, pemezz tal-linja tal-ajru Volotea. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Volotea u rappreżentanti tal-Ajruport Bordeaux–Mérignac.

It-titjiriet se jibdew illum u se jkomplu tul l-iskeda kollha tas-sajf. Bejn April u Ġunju, u Settembru u Ottubru, se jkun hemm titjijra fil-ġimgħa.

B’hekk bejn il-Lbiċ ta’ Franza u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, se tkun tista’ tivjaġġa f’temp ta’ sagħtejn u ħamsin minuta.

 

 

Splużjoni fi Franza tħalli 18-il persuna midruba

Minn tal-inqas tmintax-il persuna sfaw midruba wara li seħħet splużjoni waqt li kienu madwar ħuġġieġa nar waqt karnival fit-Tramuntana ta’ Franza.

L-isplużjoni seħħet lejn l-aħħar tal-festa Yellow Carnaval f’Villepinte, f’Pariġi.

Omm flimkien mat-tarbija tagħha huma fost dawk li ndarbu b’mod serju, fejn fost il-midruba hemm ukoll is-Sindku.

S’issa l-kawża tal-isplużjoni għadha mhix magħrufa.

Malti jingħata l-ogħla dekorazzjoni Franċiża

Il-President ta’ Franza Francois Hollande approva l-għoti tal-ogħla dekorazzjoni Franċiza tal-Ordni Nazzjonali tal-Legion d’Honneur lil Tonio Portugħese b’rikonoxximent tal-karriera twila u tal-promozzjoni tal-valuri Franċiżi,Ewropej u universali  tad-djalogu,diversita’ u tolleranza u għall-promozzjoni tar-relazzjoni eċċellenti fl-oqsma kummercjali u kulturali bejn Franza u Malta.

 Fil-presentazzjoni tal-Midalja,l-Ambaxxatrici ta’ Franza Madame Beatrice Le Fraper Du Hellen semmiet il-kontribut tul is-snin  mogħti minn Tonio Portugħese  għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet grazzi għall-karriera professjonali tiegħu bħala ufficjal għoli fl-STMicroelectronics  u r-rwol bħala Chairman tal-PBS Malta flimkien ma’ France Radio u Television fi ħdan il-Grupp Mediterranju u l-Bord Esekuttiv tal-European Broadcasting Union fil-promozzjoni tal-valuri demokratiċi tas-servizz pubbliku radjutelevisiv.  Madame Le Fraper raddet ħajr  ukoll lill-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat  li apprezza dan il-gest prestigjuz minn Franza li onorat cittadin Malti.  Il-Prim Ministru attende għaċ-ċerimonja tal-għoti ta’ dan l-ogħla unur tar-Repubblika ta’ Franza.

Aqra aktar

Tliet persuni jindarbu waqt sparatura fi Franza

Minn tal-inqas tliet persuni, fosthom tifel ta’ 14-il sena, indarbu waqt sparatura li seħħet qrib il-metro f’Lille fi Franza.

Qed jingħad li l-persuna li bdiet tispara għadha ma nqabditx mill-Pulizija, dan hekk kif ħarbet wara li wettqet l-attakk f’parkeġġ fil-belt ta’ Lille.

Aqra aktar

Send this to a friend