Franza – Page 5 – One News

Notifiki

Panda jiddebuta fi Franza

L-ewwel ferħ ta’ panda li twieled fi Franza għamel id-debutt pubbliku tiegħu ħames xhur wara twelidu.

Yuan Meng, li tfisser “tagħmel ħolma realtà” biċ-Ċiniż, hija l-attrazzjoni stilla fiz-zoo Beauval fiċ-ċentru ta ‘Franza.

Franċiżi vvjaġġaw minn madwar il-pajjiż biex jaraw dan il-ferħ.

L-isem ingħata minn Brigitte Macron, il-mara tal-president Franċiż, f’Diċembru li għadda.

Il-Prim Ministru Lebaniż fi triqtu lejn Franza

Il-Prim Ministru Lebaniż Saad Hariri ħalla l-Għarabja Sawdija u telaq lejn Franza. Dan wara li Hariri ċaħad li inżamm ostaġġ fil-GOLF.

Hariri rriżenja aktar kmieni dan ix-xahar irriżenja iżda ir-riżenja għada ma’ ġietx aċċettata. Huwa kien irriżenja għax kien qal li qed jibza għal ħajtu.Aqra aktar

Tmienja midruba wara sparatura fi Franza

Tmien persuni sfaw feruti waqt sparatura quddiem moskea fin-Nofsinhar ta’ Franza.

Persuni li kienu ħerġin mill-moskea Arrahma f’Avignon kienu avviċinati minn żewġ suspettati għall-ħabta tal-22.30 tal-Ħadd ħin lokali. Mgħammra bil-pistoli, is-suspettati waslu fuq il-post b’vettura tat-tip Renault Clio, qabel ma fetħu n-nar fuq in-nies.

Aqra aktar

Il-partit ta’ Macron jirbaħ b’maġġoranza assoluta

Il-partit tal-President Franċiż Emmanuel Macron rebaħ maġġoranza assoluta fil-Parlament u dan ġimgħat biss wara li rebaħ l-elezzjoni presidenzjali.

Filfatt rebaħħ tlett mitt siġġu minn ħames mija sebgħa u sebgħin tal-Assemblea Nazzjonali. Dan anke jekk l-ammont ta’ persuni li ħarġu jivvutaw niżel minn dak tal-elfejn u tnax.

Aqra aktar

Send this to a friend