Franza – Page 4 – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Isiru vjolenti ċ-ċelebrazzjonijiet franċiżi

Żewġ partitarji franċiżi tilfu ħajjithom hekk kif iċ-ċelebrazzjonijiet fiċ-ċentru ta’ Pariġi saru vjolenti.

Dan wara li għadd kbir ta’ partitarji franċiżi ħonqu t-toroq taċ-Ċentru tal-Belt Kapitali Franċiża biex jiċċelebraw r-rebħa storika tat-tielet tazza tad-dinja mit-tim Franċiż. Madankollu ċ-ċelebrazzjonijiet ħadu xeħta negattiva hekk kif bosta partitarji bdew jisparaw murtali qalb in-nies filwaqt li kien hemm oħrajn li serqu u wettqu ħsarat f’bosta ħwienet.

Il-Pulizija Franċiża pruvat tikkontrolla s-sitwazzjoni anke permezz tat-twaddib tal-ilma bi pressa qawwija.

Din m’hix l-ewwel darba li ċ-ċelebrazzjonijiet fi Franza ħadu xeħta negattiva hekk kif xeni simili dehru fit-toroq franċiżi wara r-rebħa li t-tim Franċiż kellu kontra l-Belġju fis-semifinali ta’ din it-tazza tad-dinja.

 

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Iffirmat MOU bejn MGI u Casse Des Depots

Issiġillat ftehim bejn il-kumpanija tal-Gvern Malta Government Investments u l-istituzzjoni pubblika u finanzjarja fi Franza Caisse Des Depots li ser ikun qed jikkontribwixxi sabiex aktar minn 50 kumpanija tal-Gvern ikunu msaħħa u żviluppati f’ambitu modern.

Dan il-ftehim li ġie ffirmat bejn il-Kap Eżekuttiv tal-MGI Herald Bonnici u l-Ambaxxatriċi Franċiża hawn Malta Beatrice Le Fraper Du Hellen ser iservi sabiexl-MGI tkun f’qagħda li tiżviluppa b’mod tekniku u attiv il-kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħtha fejn it-temi ndirizzati ser jinvolvu l-aspett finanzjarju, il-governanza kif ukoll l-valur tal-istess kumpaniji tal-Gvern.

Ma’ One News, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-MGI Herald Bonnici semma kif l-idea prinċipali ta’ dan l-iffirmar huwa li l-kumpaniji tal-Gvern jikbru fit-totalita’ tan-negozji f’ambitu kompetittiv:

Bħala mou ha jgħina niżviluppaw b’mod tekniku l-kumpaniji tal-Gvern li qegħdin taħtna. Huwa ‘challenge’ li aħna nixtiequ nilqgħu. Jista’ jkun hemm game changer li l-aspett modern jagħti input tagħna- qed inħarsu lejn l-aspett ta’ parteċipazzjoni biex nagħtu valur lis-‘shareholder’ tagħna li huwa l-Gvern u s-soċjeta’ tagħna.”

Fid-diskors tagħha, l-Ambaxxatriċi Franċiża du Hellen fissret dan il-Memorandum of Understanding bħala pass importanti fil-kollaborazzjoni bejn Malta u Franza dan hekk kif iż-żewġ pajjiżi jħaddnu valuri simili.  Hija semmiet kif bil-mod kif l-ekonomija Maltija qegħda tevolvi, issa huwa ċ-ċans għall-kumpaniji tal-Gvern sabiex jevolvu u jadottaw l-aqwa prattiċitajiet.

Sadanittant, il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona spjega kif l-għan prinċipali tal-MGI huwa li tibni relazzjonijiet mas-setturi pubbliċi kif ukoll dawk privati bil-għan li tiżviluppa l-ekonomija Maltija.  Huwa semma kif bir-ritmu ekonomiku li qabdet Malta, is-suċċess li nkiseb sa issa jkompli jagħmel lil pajjiżna bażi aktar b’saħħitha u sigura għall-operaturi ta’ negozji internazzjonali kif ukoll bħala ċentru ta’ eċċellenza f’dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ servizzi finanzjarji.

Aġġornat: Għasafar fil-magna ta’ ajruplan u strajk fi Franza joħolqu dewmien f’titjiriet tal-Air Malta

Għasafar li spiċċaw f’magna ta’ ajruplan wasslu biex il-linja tal-ajru Air Malta ħassret numru ta’ titjiriet skedati. It-titjiriet tħassru wkoll minħabba strajk tal-ATC fi Franza.

L-Ajruplan 9H-AHR ġarrab xi ħsarat tekniċi u jinsab maqbud fir-Russja.

It-tijira KM658/9 Malta – Comiso li kienet ippjanata li titlaq fid-20.45pm ġiet ikkanċellata. Saru arranġamenti biex il-passiġġieri affetwati jkunu trasferiti lejn Katanja bit-titjira KM 642/3 u KM640/1.

Aqra aktar

Midalja tal-fidda fil-Badminton fl-aħħar jum ta’ La Baule

It-team tal-Badminton tal-MESA, iffurmat minn Edmond Abela, Jacqueline Degiovanni, Joanne Cassar, Stephen Ferrante, Aldo Polidano, Sandra Spiteri u Kenneth Vella, rebaħ il-midalja tal-fidda fl-aħħar jum tal-World Company Sport Games f’La Baule fi Franza, biex għamluhom total ta’ 12-il midalja għall-kontinġent Malti waqt dawn il-Games.

Aqra aktar

Pulizija Franċiż imut minħabba att kuraġġjuż

Pulizija Franċiż li fil-jum tal-Ġimgħa daħal f’ħanut miżmum minn terrorist biex jeħles ostaġġ tilef ħajtu wara diversi sigħat jissielet għal ħajtu fl-isptar.

Il-logutenent Arnauld Beltrame ta’ ħamsa u erbgħin sena ġie msejjaħ bħala eroj mill-President Franċiż Emmanuel Macron.

Aqra aktar

Qed jagħmluli ħajti nfern – Sarkozy

L-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy qal li l-allegazzjonijiet li rċieva fondi għall-kampanja tiegħu mingħand l-eks mexxej Libjan Muammar Gaddafi, qed jagħmlulu ħajtu nfern.

F’rapport li deher fil-ġurnal Le Figaro, Sarkozi jisħaq quddiem il-maġistrati li qed jiġi akkużat mingħajr ebda evidenza.

Fost l-akkużi kontrieh, hemm allegat li kien involut f’koruzzjoni, ingħata fondi għall-elezzjoni tal-2007 b’mod illeċitu u anke b’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi Libjani.

Sarkozy li għandu 63 sena qed jiċhad dan kollu wara li għamel jumejn arrestat matul din il-ġimgħa.

 

Arrestat l-eks President ta’ Franza

Nicolas Sarkozy, eks president ta’ Franza jinsab arrestat minħabba l-finanzjament tal-kampanja tiegħu.

Skond il-gazzetta popolari Le Monde, ġie allegat li Sarkozy kellu fondi deħlin minn sors fil-Libja fil-kampanja elettorali tal-2007

Sarkozy kien president ta’ Franza bejn is-sena 2007 u l-2012.

Aktar dettalji ‘il quddiem.

Ara: Balena tinstema’ titkellem

Balena jew aħjar kif nafuha orca killer whale tinstema’ tlissen il-kliem ‘hello’ u ‘bye bye’ fejn x’aktarx hija l-ewwel balena ta’ din ix-xorta li qed tikkopja l-kliem uman mitkellem.

Dan seħħ f’akkwarju fi Franza. Ir-repertorju ta’ kliem li tgħid din il-balena jinkludi: ‘Amy, one, two, three’.

Send this to a friend