frank portelli – One News

Lest li jitlaq mill-partit

Meta diġà vvutaw mija u tmienja u għoxrin kunsillier fil-votazzjoni bikrija u lejliet l-ewwel rawnd tal-elezzjoni tas-Sibt, Frank Portelli ddikjara li lest jirriżenja u jitlaq mill-Partit Nazzjonalista. 

Aqra aktar

Dell ikrah fuq il-proċess elettorali tal-PN

L-attakki jiħraxu u issa l-proċess elettorali għall-għażla ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista jinsab f’dell ikrah. 

Dan wara li fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, il-kandidat għall-Kap Nazzjonalista Frank Portelli saħaq li l-elezzjoni għal Kap hija mbagħbsa. 

Portelli ilmenta li l-Kummissjoni Elettorali mhux se tħalli lill-kandidati ikollhom it-timbru tagħhom fuq il-polza tal-vot tal-kunsilliera. 
Aqra aktar

Frank Portelli jakkuża lill-PN b’elezzjoni mbagħbsa

L-attakki ħarxa baqgħu jippersistu mill-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista. Dan hekk kif tard illejla l-Partit Nazzjonalista ħareġ għal darb’oħra jikkundanna lill-kandidat għall-Kap tal-Partit Frank Portelli wara li sostna li l-elezzjoni għall-ħatra ta’ kap ġdid hija mbaghbsa.

Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, il-kandidat għall-Kap Nazzjonalista Frank Portelli ilmenta li l-kummissjoni elettorali mhux se tħalli lill-kandidati ikollhom it-timbru tagħhom fuq il-polza tal-vot tal-kunsilliera.

B’reazzjoni l-Kummissjoni Elettorali għall-Elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista kienet imġiegħla ticħad din l-ahhar akkuza serja ta’ Portelli.

 

 

 

Frank Portelli jisfida lill-ELCOM

Il-ħmar iwaħħal f’denbu.

Hekk jista’ jingħad għal dak li għaddej bħalissa matul it-tellieqa għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Dan wara l-battibekki li għaddejin bejn l-uffiċċju elettorali tal-Partit Nazzjonalista l-Elcom u l-kandidat għal Kap, Frank Portelli.

Wara li l-Uffiċju Elettorali ħareġ igiddeb lil Frank Portelli li kKritikahom għal tagħrif ħażin li għandhom fuq l-elettorat Malti, Portelli ma qgħadx jomgħodha u weġibhom lura bi stqarrija iebsa.

Ma’ ONE News Frank Portelli saħaq li mhux veru li l-Elcom m’għaddewx l-informazzjoni lill-kandidati għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Taħwid bla preċedent!

  • L-ELCOM TOĦROĠ TGIDDEB LIL FRANK PORTELLI

L-ELCOM, l-uffiċċju elettorali tal-Par­tit Nazzjonalista, ħareġ igiddeb lil Frank Portelli. Biex hekk, fil-kampanja għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista bqajna naraw episodji li qatt jew rari ra­jna bħalhom f’elezzjonijiet imgħoddija għat-tmexxija ta’ partit. Bil-partit jispiċċa jwieġeb jew igiddeb il-kandidati tiegħu.

Aqra aktar

Frank Portelli jiddispjaċih li kkontesta

Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Frank Portelli, iddikjara li qed jiddispjaċih li kkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Portelli qed ikun attakkat bla ħniena minn-nies qrib il-Kap caretaker Simon Busuttil b’mod partikolari wara li ddikjara li Busuttil kellu jwarrab u ma jibqax fit-tmexxija.

Aqra aktar

Send this to a friend