Notifiki

L-omm ħarrbet lil bintha minn Malta b’passaport falz

It-tifla taħt ordni ta’ ħarsien li fit-12 t’Ottubru li għadda tħarrbet mill-omm bijoloġika tagħha minn Malta, għaddiet mill-ajruport ta’ Malta permezz ta’ passaport falz.

Dan ikkonfermawh sorsi ta’ ONE News qrib din l-investigazzjoni fejn qalulna wkoll li l-omm u l-bint, minn Malta qabdu titjira lejn pajjiż fiż-żona Schengen.

Aqra aktar

Jilqgħu lit-tfal f’darhom minkejja l-pandemija

Il-pandemija tal-COVID-19 biddlet il-mod li bih isir il-proċess tal-fostering, madanakollu ma affetwax in-numru ta’ koppji jew persuni li ressqu għand id-Direttorat tat-Tfal biex joffru ambjent ta’ familja lil tfal li jinsabu fuq il-lista tal-fostering. Aqra aktar

F’care order għal iktar minn tliet snin

253 tifel u tifla ilhom għal iktar minn tliet snin taħt Ordni ta’ Ħarsien fejn ikunu segwiti minn ħaddiema soċjali mħarrġa li jaħdmu mal-Aġenzija Appoġġ.

Dawn it-tfal ilhom f’din is-sitwazzjoni iktar minn sitta u tletin xahar minħabba li s-sitwazzjoni fil-familja tagħhom baqgħet ma marritx għall-aħjar.
Aqra aktar

Send this to a friend