Forzi Armati – One News

Notifiki

Ftehim li jkompli jkabbar il-ħiliet tas-suldati fl-Armata

“Il-ftehim settorjali għall-Forzi Armati ta’ Malta jkompli jinċentiva lis-suldati li jkomplu jitħarrġu u li jfittxu li jtejbu l-grad tagħhom.” Hekk stqarr il-Brigadier tal-Armata, Jeffrey Curmi li spjega kif l-inċentivi li hemm fil-ftehim settorjali huma mmirati b’ċertu reqqa sabiex dan il-ftehim mhux biss ikun ifisser titjib fil-kundizzjonijiet tas-suldati iżda wkoll investiment dirett fil-kwalità tas-servizz li jsir mill-Armata.Aqra aktar

“L-Oppożizzjoni tinjora l-fatti biex terġa’ tattakka l-armata” – il-PL

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-kelliem tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista għall-Intern, Beppe Fenech Adami, reġa’ rrikora għal stqarrija mgħaġġla u partiġġjana bbażata biss fuq dak li qara fil-midja soċjali. Il-Partit Laburista qal li fl-istess ħin, il-Partit Nazzjonalista injora stqarrijiet uffiċjali li jmeru għal kollox il-konklużjonijiet tal-kelliem tiegħu, fosthom dik li xi ħadd, li allegatament għamel il-ħażin, sab xi forma ta’ protezzjoni.

Hawnhekk il-Partit Laburista rrefera l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fi stqarrija uffiċjali maħruġa mill-Forzi Armati ta’ Malta, li fiha hemm ċar iddikjarat li suldat wieħed biss li rrifjuta li jagħmel it-test għad-droga ġie mkeċċi mmedjatament mill-Forzi Armati.

“Li Beppe Fenech Adami u l-Partit Nazzjonalista ma jitilfux okkażjoni waħda biex jattakkaw l-armata kulħadd jafha. Ilhom snin mhedija f’attakk insensat fuq it-tmexxija tal-armata, liema attakk anke l-Qorti ġabitu fix-xejn”, saħaq il-Partit Laburista.

Intqal kif il-Forzi Armati wrew li quddiem kull tip ta’ allegazzjonijiet huma sodi favur id-dixxiplina u kif intqal mill-Forzi Armati ta’ Malta stess, jekk minn inkjesta interna dwar dan il-każ jirriżulta li hemm ħtieġa ta’ passi oħra, dawn jittieħdu.

“Beppe Fenech Adami qed juri bil-kontra. Għaliex jagħti kenn lil min l-għemil tiegħu qajjem ħafna mistoqsijiet biex jattakka lil min ħa passi kull meta ġie quddiemu aġir mhux denju ta’ membru tal-armata”, temm jgħid il-Partit Laburista.

Salvat grupp ta’ 97 immigrant

97 immigrant iddaħlu Malta mill-Forzi Armati wara li kienu salvati hekk kif kellhom bżonn l-assistenza waqt li kienu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija. Huma ddaħħlu fis-06:40 tat-Tlieta filgħodu f’Xatt it-Tiben abbord id-dgħajsa tal-istess Forzi Armati ta’ Malta l-P61.

Intqal li fil-grupp hemm mara u żewġt itfal. L-immigranti għaddew għand il-Pulizija u ttieħdu fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa permezz ta’ diversi xarabanks. Hemmhekk saret tfittxija fuq kull persuma u ttieħdu ritratti u l-marki tas-swaba ta’ kull immigrant, filwaqt li l-pulizija ġabret it-tagħrif dwarhom permezz ta’ intervisti.

Il-Forzi Armati Maltin isalvaw kelb minn fuq l-Aquarius

Fost dawk salvati fil-Mediterran fl-aħħar ħin hemm kelb li jinsab fi triqtu lejn pajjiżna wara operazzjoni delikata ta’ salvataġġ.

Ikkonferma dan il-Prim Ministru Joseph Muscat fi tweet fejn qal li l-Kelb kien salvat mill-bastiment Aquarius mill-Forzi Armati Maltin.

It-58 immigrant abbord se jaslu Malta fil-ħin li ġej u minnfuih jibda l-proċess biex dawn jitqassmu bejn erba’ pajjiżi. Ħadd minn dawn l-immigranti mhu se jibqa’ pajjiżna.

Il-Kelb ittieħed ukoll fis-sezzjoni tal-kwarantina tal-annimali f’Ħal Luqa biex ikun eżaminat minn vet.

Investiment f’apparat ġdid kontra l-isplussivi

B’investiment ta’ żewġ miljun ewro llum ġie nawgurat l-apparat il-ġdid tal-explosive ordinance disposal unit.
Dan jikkontisti f’vann li hu mgħammar b’dak kollu meħtieġ f’każ ta’ bżonn inkluż żewġ robots li permezz tagħhom jiġu disattivati l-bombi.
Dan sabiex ilaħqu mal-moħħ żviluppat tal krimnali li kull ma jmur dejjem qed jiżviluppa.
Dan l apparrat ġie ffinanzjat minn fondi nazzjonali Ewropej.
Fl-inawgurazzjoni id-Direttur maniġerjali ta’ Telerob; il-kumpanija Ġermaniza li bniet l-apparrat, qal li jinsab impressjonat b’din is sezzjoni tal-EOD fi ħdan il-forzi armati ta Malta li sostna li hi l aqwa li qatt ra.
Il-Brigadier Jeffrey Curmi qal li dan huwa parti mill-investiment kontinwu fi ħdan il-forzi armati.
Is-Segretarju Parlamentari tal-Fondi Ewropej Aaron Farrugia qal li Malta sa issa diġa’ ħadet 76 miljun ewro f’fondi għas-sigurtà nazzjonali mill-programm 2014-2020.
Min naħa tiegħu, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia ħabbar investiment ieħor ta’ 33 miljun ewro fil-forzi armati; dak tal-akbar dgħajsa li qatt kellhom il forzi armati.

45 fizzjal ġdid għall-Forzi Armati ta’ Malta

45 fizzjal mill-Forzi Armati ta’ Malta ngħataw iċ-ċertifikat tal-kummissjoni tal-fizzjali mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, fil-preżenza tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela u l-Kap Kmandant Brigadier Jeffrey Curmi fil-Palazz ta’ San Anton.

Il-President, filwaqt li indirizzat lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta qalet li hi tħares lejn l-uffiċjal tal-Armata bħala mudell, li jrid jagħti eżempju, ħalli l-poplu jimxi warajh. “Inħoss li hemm responsabbiltà kbira fuq il-membri u l-uffiċjali tal-Forzi Armati li jagħtu eżempju u li jgħinu biex tinbena kultura ta’ paċi pożittiva,” stqarret il-President Coleiro Preca.

Aqra aktar

Inawgurat it-tielet ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta

Ġie inawgurat uffiċjalment it-tielet ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Hawker Beechcraft King Air B250. Dan se jintuza għall-kontroll tal-fruntieri u s-sorveljanza ta’ Malta. Ġie inawgurat ukoll robot ghal tiftix ta’ materjal splussiv. Flimkien, dawn jiswew €16-miljun.

King Air B250 huwa aircraft tal-ogħla kwalità, bi track rekord eċċellenti fl-operat militari.

L-iffirmar tal-kuntratt sar mill-Brigadier Jeffrey Curmi, kap kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta u President tal- Aerodata. Dan fil-preżenza tal-Ministru Carmelo Abela u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg.

Jeffrey Curmi qal li dan huwa pass kbir għall-Forzi Armati.  Il-Ministru Abela ddeskrivihom bħala forzi ambizzjużi għall-bidla, filwaqt li s-Segretarju Parlamentari ddeskriva l-importanza ta’ dawn inġenji fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Send this to a friend