Football – Page 9 – One News

Notifiki

X’qal Sam Allardyce lil reporters taparsi negozjanti

Jingħad li Sam Allardyce qal lil sħabu li qed jibża’ li jitkeċċa wara li qed jingħad li uża r-rwol tiegħu bħala kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż biex jipprova jieħu vantaġġ finanzjaru u jagħti parir lil negozjanti dwar kif jistgħu iduru madwar regoli ta’ trasferiment ta’ players.

Issa ħareġ filmat li allegatament jurih jagħti pariri kontroversjali lil reporters undercover tal-ġurnal Daily Telegraph, li għamlu tabirruħhom li huma negozjanti minn kumpanija fil-Lvant Nofsani.

Aqra aktar

Jikkompetu kemm se jtuna, u jgħidu li ġejjin għaxar gowls

Jidher li r-riżultat miksub mill-Iskoċċiżi f’Ta Qali, qanqal emozzjonijiet bombastiċi fost il-partitarji Ingliżi hekk kif dawn daħluha f’rashom li jridu jiskurjawlna għaxar gowls meta jilgħabu kontrina f’Londra x-xahar id-dieħel.

Dan żvelaħ il-kowċ tat-tim Nazzjonali Ingliż Sam Allardyce ma’ The Mirror. “Sfortunatament il-partitarji qed jistennew li nirbħu 10-0. Minix ċert, iżda jekk ux kapaċi niskurjaw dan l-ammont sostna Allardyce.”

Aqra aktar

President Ġdid għall-UEFA

Aleksander Ceferin huwa l-President il-ġdid tal-UEFA. L-Islovakk ta’ 48 sena irnexxielu jaqlibha lil Michael van Praag waqt il-Kungress Straordinarju f’Ateni, hekk kif ir-riżultat tal-elezzjoni kien 42 vot bi 13 rispettivament.

Ceferin li huwa Avukat, se jkun qed iservi għall-kumplament tat-terminu li suppost kellu jagħmel Michel Platini li kellu jirreżenja minn kull attività tal-football f’Diċembru li għadda, jiġifieri sas-2019.

Aqra aktar

54% tal-inċidenti fil-football relatati ma’ diskriminazzjoni razzjali

L-Organizazzjoni anti-diskriminatorja internazzjonali ‘Kick It Out’ qalet li ta’ kull ġimgħa, qed tħabbat wiċċha ma’ inċidenti ta’ mibgħeda fil-futbol. B’kollox fl-istaġun li għadda, l-organizazzjoni rċiviet 402 rapporti ta’ diskriminazzjoni, żieda minn 393 fl-istaġun ta’ bejn l-2014 u l-2015.

Minn dawn, 135 kienu waqt logħob professjonali b’122 minnhom ikollhom partitarji involuti. L-aktar żieda sinifikanti f’rapporti kkonċernaw il-media soċjali, b’194 inċidenti rrapurtati. Dan ifisser żieda ta’ 18% fil-mija.

Aqra aktar

“Ir-referee ħassar is-sabiħ tal-logħba” – Il-Viċi-President tal-MFA

Il-Viċi-President tal-Malta Football Association qal li ma jistax inaqqas mir-rabja għal dak li seħħ fil-logħba tal-bieraħ bejn Malta u l-Iskozja. Fuq facebook esprima d-diżappunt tiegħu għad-deċiżjonijiet tar-referee, kif wara kollox qed jagħmlu bosta.

“Ħallejt il-lejl jgħaddi biex forsi ttaffi ftit ir-rabja li kelli lbieraħ filgħaxija. Però qomt iktar irrabjat dalgħodu. Ma rridx ngħid li konna aħjar mill-Iskoċċiżi, iżda lanqas huma ma jistgħu jgħidu li kienu aħjar minna,” kiteb Chris Bonnet.

Aqra aktar

Faċilitajiet sportivi f’Santa Venera

Huwa dritt ta’ kull assoċċjazzjoni sportiva li jkolha ambjent sigur u professjonali fejn jingħata t-taħriġ.

Sa ftit ġimgħat oħra in-Nursery ta’ Santa Venera se tkun tista’ tagħmel użu mill-grawnd tal-futbol li wara ħames snin ta’ ħidma fuqu, issa wasal fl-aħħar stadju ta’ tisbiħ.

Tkellimna ma’ Ray Decelis, head coach tan-nursery ta’ Santa Venera, li spjega li dan il-proġett ltaqa’ ma’ numru ta’ diffikultajiet, iżda dawn ingħelbu b’sens ta’ kollaborazzjoni.

Aqra aktar

Maldini fil-Victor Tedesco

Wara li Ħamrun akkwistawh fl-aħħar jum tas-suq ta’ trasferimenti iben il-leġġendarju Paolo Maldini daħal fil-Victor Tedesco għall-ewwel darba bħala plejer tat-tim li jġib il-kuluri ħomor u suwed li naturalment huma tant għal qalbu.

Għalkemm qal li “ma kienx jaf.” Qal li jistenna li jkun ta’ kontribut għat-tim tal-Premiere Malti u ma setax jonqos li jifirħu bih l-partitarji tal-ispartans. Maldini wiegħdhom li se “jaħdem ħafna.”

Aqra aktar

Togħrokhom għajnhom fuq Beckenbauer

Il-plejer leġġendarju Ġermaniż Franz Beckenbauer jinsab investigat fuq allegat koruzzjoni fl-għoti tad-dritt ta’ organizazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2006 fil-Ġermanja. Isem Beckenbauer mhux l-ewwel darba li ssemma’ fl-investigazzjoni kriminali li qed iwettqu l-uffiċjali Svizzeri b’rabta mal-iskandli ta’ koruzzjoni li fihom hemm involuti uffiċjali għolja tal-FIFA.

Beckenbauer dejjem ċaħad li uża xi flus biex xtara xi voti biex b’hekk il-Ġermanja rebħet id-dritt li torganizza t-tazza tad-dinja iżda l-investigaturi qed togħkorhom għajnhom fuq kważi seba’ miljun ewro li suppost intużaw f’avveniment ta’ portata għolja iżda hemm suspetti kbar li s-somma ntużat biex jitħallas dejn mhux akkumulat mill-Federazzjoni tal-Futbol Ġermaniż.

Aqra aktar

Kowċ Malti jwassal tim Awstraljan għar-rebħ

Il-ps4 National Premier League ta’ West Australia  intrebaħ minn Perth SC f’dan tmiem il-ġimgħa.

Fl-aħħar logħba tan it-tim rebaħ lil Sorrento FC, bl-iskor ta’ 1-0.  L-uniku gowl tal-logħba kien skorjat mill-captain Daryl Platten.

Dan kien league iehor f’art imbegħda li mhux normalment isib postu fl-aħbarijiet lokali Maltin, li kieku ma kienx għall-kowċ ta’ Perth SC, li huwa l-Malti Ramon Falzon.

Falzon, li ilu l-Awstralja għal dawn l-aħħar seba’ snin, ingħaqad ma’ Perth SC dan l-istaġun wara sentejn ma’ Balcatta FC.  Hu ngħaqad ma’ Perth SC bħala assistent ta’ Gareth Naven, li fil-bidu ta’ Ġunju kien offrut il-post ta’ kowċ ta’ Melbourne Victory.

Aqra aktar

Send this to a friend