Football – Page 6 – One News

Notifiki

Timijiet tal-football b’differenza ġejjin Malta għal turnew partikolari

Bejn it-tmienja u t-tnax ta’ Frar, se jkunu hawn Malta timijiet tal-football mill-Iżvizzera u l-Ġermanja.  Se jingħaqdu ma’ timijiet Maltin, biex b’kollox, għaxar timijiet tal-football se jikkompetu f’pajjiżna.

Huma timijiet speċjali, għax il-players kollha għandhom aktar minn erbgħin sena. Uħud mit-timijiet huma rinomati, bħal ngħidu aħna VfR Aalen, Old Boys Basel,  SG Hoechst Classique u t-tim nazzjonali tal-40+ minn Malta.

Se tkun l-ewwel darba li dan l-avveniment qed isir bl-għajnuna tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Aqra aktar

Jekk trid tara membri parlamentari jiġġieldu, għada mur il-grawnd, mhux il-Parlament

Għada l-Ħamis, 29 ta’ Diċembru fil-grawnd ta’ San Alwiġi f’Birkirkara se jsir it-TACKLE 4 DTP – turnew tal-football b’risq id-Dar tal-Providenza.

Fih se jieħdu sehem tmien timijiet magħmula minn Saċerdoti, Politiċi, ħaddiema ta’ Radju RTK, ħaddiema ta’ San Vinċenz De Paule, membri tal-Malta Developers’ Association, tal-Union Ħaddiema Magħqudin, tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin u tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.

Aqra aktar

“Mhix ħaġa tal-iskantament” – il-President ta’ Birkirkara FC

Il-president ta’ Birkirkara F.C. Adrian Delia kompla jitkellem dwar il-każ tal-goalkeeper Miroslav Kopric waqt il-programm L-Argument Ikompli.

Il-Pulizija ġabret lill-eks goaler b’rabta ma’ allegati attivitajiet illegali marbuta mal-futbol. Delia intalab jikkumenta dwar sejre ta’ logħobiet investigati dwar serje ta’ irregolaritajiet b’rabta ma’ betting. Qal li f’dak il-każ tkun naturali  u mhux tal-iskantament li l-Pulizija tinvestiga l-logħob.

Delia qal li jekk il-Pulizija jkun hemm bżonn xi ħaġa minn naħa ta’ Birkikrara FC se jkomplu jikkollaboraw u issa jistgħu biss jistennew biex jaraw x’se jiġri.

Mistoqsi Kopric hux se jitħalla jsiefer bħal ma jagħmlu players oħra barranin għall-Milied, Delia qal li wieħed irid jara x’se jkun l-eżitu tal-investigazzjoni. Tkellem ukoll dwar l-eventwalità li jkun sospiż, kif jitolbu proċeduri meta jkun hemm xi ħadd investigat. Dan sakemm issir investigazzjoni, għalkemm kien mistoqsi wkoll dwar kemm ma kinitx probabbli jiġġeddidlu l-kuntratt.

Aqra aktar

Il-Pulizija tiġbor lil Kopric ta’ Birkirkara

Il-Pulizija ġabret lill-eks goaler ta’ Birkirkara Miroslav Kopric b’rabta ma’ allegati attivitajiet illegali marbuta mal-futbol.

Kien il-President ta’ Birkirkara Adrian Delia li lbieraħ, waqt il-programm l-Argument, żvela li waslet għandu informazzjoni li għadda lill-Pulizija.

Tista’ ssegwi hawn.

Aqra aktar

Iż-Żabbarin se jkollhom pitch aħjar għall-five-a-side

Wara li għal snin twal tħalla fi stat t’abbandun, fix-xhur li ġejjin se jkun qed isir xogħol ta’ ristrutturar fuq il-pitch tal-5 a-side f’Ħaż Żabbar.

Dan grazzi għal fondi li ngħataw lis-St. Patricks’s Football Nursery mill-Iskema għal Proġetti t’Organizzazzjonijiet Volontarji. Il-President tal-istess Nursery Joe Baldacchino tkellem dwar kif b’dawn il-flus, se jingħata wiċċ ġdid lill-grawnd billi jinbidel kompletament il-ħaxix sintetiku.

Aqra aktar

Issa tista’ ssemma’ leħnek dwar il-politika nazzjonali tal-isport

Tnieda dokument ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-politika nazzjonali tal-isport, mill-2017 sal-2027. Dan wara proċess li beda xhur ilu b’għexieren ta’ laqgħat m’għaqdiet sportivi u dawk kollha fis-settur
Id-dokument huwa msejjes fuq tliet pilastri: l-isport u l-edukazzjoni, il-parteċipazzjoni fl-isport u l-industrija sportiva. Kull waħda minn dawn tidħol f’punti u temi li jolqtu kull spettru fil-qasam sportiv.
Dan id-dokument għandu miftuh għall-konsultazzjoni pubblika sal-aħħar ta’ Jannar u s-Segretarju Parlamentari għall-isport Chris Agius ħeġġeġ lil dawk kollha involuti fl-isport, mhux biss professjonisti u għaqdiet sportivi imma anki l-pubbliku ġenerali, biex jgħaddu kummenti u suġġerimenti. 

Ġejjin jinvestigaw il-logħba ta’ Malta

Delegazzjoni mill-FIFA se tasal Malta din il-ġimgħa biex tmexxi ’l quddiem l-investigazzjoni tagħha u takkwista aktar informazzjoni biex tgħaddi għall-fażi li jmiss fl-investigazzjoni dwar il-logħba bejn il-Litwanja u Malta li ntlagħbet f’Ottubru li għadda.

Il-Malta Football Association qalet li qiegħda fil-massimu tagħha tappoġġja u tgħin lill-FIFA fl- investigazzjonijiet dwar imħatri mhux normali fil-partita minn Grupp F ta’ Kwalifikazzjoni tat- Tazza tad-Dinja 2018 li ntlagħbet fil-11 ta’ Ottubru. L-MFA qalet tawgura u tappoġġja lill-investigazzjoni tal-FIFA u se tkompli tassisti fl-aspett loġistiku tal-proċess li mistenni jdum għaddej għal diversi xhur.

Aqra aktar

TWISSIJA TA’ KLIEM OXXEN F’DAN L-ARTIKLU – joffendu lil referee b’ommu li ħalliet din id-dinja

Il-Malta Football Referees Association tkellmet kontra kliem dispreġjattiv u oxxen fil-konfront tar-Referee Malcolm Spiteri, u ommu li tinsab f’dinja aħjar.

L-MFRA ikkundannat minghajr ebda riservi l-kliem dispreġjattiv u oxxen li erba’ persuni kellhom fil-konfront tar-referee Malcolm Spiteri.

Saħansirta fuq Facebook semmiet dawn il-persuni, li huma l-finance manager tat-tim tal-Mosta, il-kit manager, uffiċjal tal-klabb u eks player u supporter.

Aqra aktar

Send this to a friend