Football – Page 5 – One News

Notifiki

Ħarġet is-sejħa għall-offerti għall-grawnd ta’ Wied il-Għajn

Fl-aħħar jiem kienet ippubblikata s-sejħa għall-offerti għall-grawnd ta’ Wied il-Għajn. B’hekk il-proġett imħabbar f’Mejju li għadda daħal f’fażi oħra, bil-gazzetta KullĦadd hija mgħarrfa li anke quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar il-proċess mexa b’ritmu tajjeb tant li daħlu wkoll il-pjanti kollha.

Aqra aktar

Mar-Red Devils? Hawn Gary Neville Malta!

L-ex difensur ta’ Manchester United Gary Neville bħalissa jinsab f’Malta, jiltaqa’ mal-partitarji lokali tar-Red Devils.

Mistenni jikxef plakka kommemorativa wara d-donazzjoni li ta, sabiex ikun jista’ jinxtara l-post li fih jiltaqgħu l-partitarji lokali ta’ Manchester United.

Ħajr lil Clinton Buhagiar, preżentatur tal-programm ‘L-Argument’, għal dawn ir-ritratti.

Aqra aktar

Deċiżjoni sorpriża…tirtira Esther Azzopardi

F’deċiżjoni sorpriża, Esther Azzopardi rtirat mill-karriera tar-refeering. Azzopardi, meqjusa bħala waħda mil-aqwa referees f’Malta, kienet anke onorata f’Jum ir-Repubblika li għadda bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Hi kienet l-ewwel referee Maltija li kisbet il-‘badge’ tal-FIFA. Kevin Azzopardi, id-Direttur tar-Refereeing, qal li d-deċiżjoni ħaditu b’sorpiża u rringrazjaha tal-kontribut tagħha lill-logħba tal-futbol.

Azzopardi mistennija tkompli tikkontribwixxi f’diversi rwoli ġodda, fosthom bħala referee observer u ambaxxatur għar-referees femminili fi ħdan id-dipartiment tar-referees.

Trasferiment ta’ proprjetà lil Sliema Wanderers

Il-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika approva unanimament riżoluzzjoni dwar trasferiment ta’ proprjetà lil Sliema Wanderers Football Club.

Is-Segretarju Parlamentari għall-iSport, Chris Agius qal li l-club kien qed juża għal għadd ta’ snin jużaw grawnd f’Tigne iżda kellhom joħorġu għax il-proprjetà għaddiet għand il-Midi plc għal żvilupp ta’ Manoel Island u Tigne Point.

“Għall-mitt miljun darba qed ngħamel appell, qabel imut xi ħadd fil-ground”

“Sfortunatament erġajna assistejna għal xi ħaga li ma nkunu rridu qatt nassistu …ilbieraħ waqt logħba tal-kampjonat femminili, din il-persuna għamlet xejn anqas min tmien punti f’wiċċha”.

Hekk kiteb fuq Facebook Antvin Monsigneur, wiċċ familjari max-xena sportiva hawn Malta, b’referenza għal inċident li ġralhal-player Cassie Camilleri.

“Kulħadd jista’ jweġġa’ waqt logħba football” spjega l-ġurnalist sportiv, pero ilmenta dwar in-nuqqas ta’ assistenza medika. Spjega li din il-persuna ittieħdet għall-kura medika permezz ta’ persuna li kienet qeda tara il-logħba, bil-karozza personali tagħha”.

Aqra aktar

Iħossu ħażin waqt logħba tal-United u jmut ftit wara

Huwa minnu li l-logħba tal-bieraħ bejn Manchester United u West Ham kellha tmiem feliċi għall-United, iżda ftit tal-ħin ilu l-istess tim esprima sogħoba għall-fatt li persuna li kienet qed issegwi fil-London Stadium spiċċat tilfet ħajjitha wara li ħassha ħażin.

Permezz ta’ Twitter, it-tim li ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ tnejn b’xejn esprima d-dieqa tiegħu.

Aqra aktar

Guardiola diġà jitkellem fuq “goodbye”

Il-manaġer ta’ Manchester City Pep Guardiola qal li jinsab riesaq lejn l-aħħar tal-karriera tiegħu, u mhux se jkun kowċ ta’ 65.

L-Ispanjol kien imexxi lil Barcelona u Bayern Munich qabel ħa post Manuel Pellegrini tas-City is-sajf li għadda.

“Se nkun ma’ Manchester għat-tliet staġuni li jmiss, forsi aktar” qal Guardiola ta’ 45 sena lill-NBC qabel it-tim tiegħu rebaħ 2-1 kontra Burnley.

Però qal li mhux se jkun hemm sakemm ikollu 60 jew 65. Fi kliemu stess: “I feel the process of my goodbye has already started.”

Send this to a friend