Football – Page 15 – One News

Notifiki

Juventini Maltin u l-Papa Franġisku

Is-supporters Maltin tal-Juventus se jiltaqgħu mal-Papa. Dan ħabbruh fis-sit uffiċjali tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975), kif tistgħu taraw hawn. Huma ħafna l-Maltin li sejrin jaraw il-logħba finali tal-Coppa Italia nhar is-Sibt li ġej. Ma nafux jekk it-talb hux ser iwassal għal xi forma ta’ vantaġġ għall-Bianconeri!

Screen Shot 2016-05-16 at 07.53.42

Il-bomba li kienet taparsi

Fl-Ingilterra intalbet li ssir inkjesta urġenti wara li bomba artifiċjali li tintuża f’eżerċizzji ta’ sigurtà wasslet biex tħassret logħba mill-Premier League f’Old Trafford.

Il-logħba bejn Manchester United u Bournemouth ma saritx wara li nstab oġġett suspettuż f’kamra tal-banju, qrib il-ħin tal-kick-off.  Jirriżulta li dan kien tħalla hemm bi żball minn kumpanija privata inkarigata mis-sigurtà.

Aqra aktar

Tmiem ta’ kampjonati Ewropej

llum tliet klabbs oħra Ewropej ġew inkurunati ċampjins ta’ pajjiżhom.

Barċellona kellhom jistennew sal-aħħar ġurnata biex jiġu inkurunati ċampjins, b’rebħa ta’ 3-0 kontra Granada.

Juventus temmew l-impenji tagħhom fil-kampjonat Taljan b’rebħa ta’ 5-0 kontra Sampdoria.

Fil-Ġermanja kellna lil Bayern Munich jgħollu t-tazza wara rebħa ta’ 3-1 kontra Hannover 96.

Sliema rebbieħa tal-FA Trophy għall-21 darba

Illum ingħalaq is-separju tal-football Malti bejn Balzan Youths u Sliema Wanderers.

Dan huwa t-tieni l-ikbar unur fil-football ta’ pajjiżna. Il-logħba spiċċat fi draw ta’ xejn b’xejn u wara li assistejna għall-ħin barrani, ir-riżultat baqa’ l-istess. Konsegwenza t’hekk il-logħba marret għal penalties.

Ir-riżultat tal-penalties kien: Balzan 4, Sliema 5.

Ritratt: Stephen Gatt, Kullħadd

Segretarju Ġenerali mara għall-FIFA

Il-FIFA ħabbret li għall-ewwel darba fl-istorja se jkollha Segretarju Ġenerali mara. Dan tħabbar il-Ġimgħa filgħaxija waqt il-kungress tal-FIFA fil-Messiku. Fatma Samba Diouf Samoura mis-Senegal ser tkun qed isservi f’din il-kariga wara li l-eks Segretarju Ġenerali Jerome Valcke ġie pprojbit għal tnax il-sena minn attivitajiet relatati mal-futbol.

Aqra aktar

Ibra jikkonferma li se jitlaq

L-attakant Svediż Ibrahimovic ikkonferma li se jkun qed iħalli lil Paris St Germain fis-sajf li ġej. Stilla tal-futbol magħruf għas-saħħa tiegħu, il-kontroversja, għal kemm lagħab ma’ timijiet u kemm kapaċi jiskora kiteb fuq twitter u qal: “Ġejt qisni re u se nitlaq leġġenda.”

 

L-ispecial one jonqsu biss il-firma

Huma persistenti r-rapporti li fis-sigħat li ġejjin se ssir uffiċjali li Jose Mourinho, magħruf bħala The Special One, se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Manchester United.

Ix-xniegħa ilha hemm u b’ħafna mill-klabbs ewlenin diġa’ għandhom lest il-bniedem li se jmexxi t-tim kien ovvju li waħda mill-ikbar possibbiltajiet għall-kowċ tal-livell tal-Portugiż huma r-Red Devils.

Aqra aktar

David Trezeguet mal-Juventini Maltin

David Trezeguet mal-Juventini Maltin David Trezeguet jinsab f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan ma’ partitarji Juventini Maltin. Ma’ Trezeguet hemm ukoll Luciano Moggi uffiċjal importanti tat-tim Juventin li l-partitarji Maltin iħobbuh ħafna wkoll.

Aqra aktar

Il-President tal-MFA f’Panama Papers

 Il-President tal-Malta Football Association Norman Darmanin Demajo huwa fost il-persuni li jissemmew f’Panama Papers u li tagħrif dwarhom ħareġ illejla.
Darmanin Demajo huwa azzjonist f’kumpanija rreġistrata fil-British Virgin Islands. Ikkuntatjat minn The Malta Independent Darmanin Demajo qal li jmiss ma’ dawk it-tip ta’ kumpaniji minħabba l-professjoni tiegħu.

Send this to a friend