Football – Page 14 – One News

Notifiki

Football, volleyball u l-Prim Ministru

Infetħet it-12-il edizzjoni tal-Maratona tal-football u volleyball b’risq Puttinu Cares. Il-maratona qiegħda ssir il-Marsa u se tibqa’ sejra għal sittin siegħa, sa nhar il-Ħadd li ġej.

Se jkun hemm parteċipazzjoni minn studenti ta’ erba’ skejjel sekondarji, bil-għan li jinġabru flus għall-fondazzjoni li tagħti għajnuna lil dawk li jkollhom bżonn trattament għall-kanċer.

Aqra aktar

Gigi fuq Gio u Gio fuq Gigi

Leġġenda fil-grawnd, kif ukoll barra. Il-gowler tal-Italja u Juventus, Gianluigi Buffon, ta sorpriża mill-isbaħ lil partitarju tiegħu li tant iħobbu li saħansitra pinġa lill-idolu tiegħu fuq saqajh.

Aqra aktar

Tazza ġdida għall-FA trophy Maltija

Wasal iż-żmien għal tazza ġdida!

Wara aktar minn 81 sena tal-FA Trophy kif nafuha b’mod tradizzjonali issa wasal iż-żmien li jkun bidla fit-tazza nfusha, dan wara li biż-żmien saru xi ħsarat.

Aqra aktar

Gary Neville b’bomba għall-partitarji tal-United f’Malta

L-eksdifensur ta’ Manchester United Gary Neville, li bħalissa jinsab fuq btala f’pajjiżna, mistenni jagħti donazzjoni qawwija lil Manchester United Supportes Club (MUSC) ta’ Malta.

Sorsi qrib il-klabb tal-United qalu ma’ one.com.mt li l-ammont tad-donazzjoni mistenni jitħabbar nhar il-Ġimgħa li ġej f’Laqgħa Ġenerali Straordinarja li sejjaħ il-klabb. Matulha se jiġi diskuss u jittieħed vot fuq ix-xiri tal-proprjetà minn fejn jopera bħalissa l-klabb li jinsab fi Triq Quarries Square Street l-Imsida.

Aqra aktar

Nisevic jitkeċċa minn kowċ tal-Hibs

Branko Nisevic tkeċċa minn kowċ ta’ Hibernians. Bħalma jiġri ħafna drabi fi stqarrija tal-klabb intqal li ntlaħaq qbil biex Nisevic ma jibqax kowċ tat-tim.

Nisevic kien ilu fit-tmexxija tat-tim tliet snin u rebaħ ukoll kampjonat. Jidher li l-klabb ta’ Raħal Ġdid qed iħares lejn kowċ barrani.

Leicester City jagħmlu festa f’Bangkok

Iċ-ċampjins il-ġodda tal-Premier League Ingliż, Leicester City, ingħataw merħba liema bħalha f’Bangkok.

It-tim jinsab hemm hemm għal tour ta’ ċelebrazzjoni, u għandu ħafna għalxiex jiċċelebra, għax minn relegation sar ċampjin tal-leage fi staġun wieħed.

Liecester City huma tal-biljunarju Tajlandiż, Vichai Srivaddhanaprabha. Kien hu li organizza din iż-żjara f’Bangkok.

Aqra aktar

Operazzjoni suċċess għal Ryan Fenech

Il-plejer internazzjonali Malti, Ryan Fenech, kien operat b’suċċess. F’messaġġ fuq facebook il-plejer ta’ Balzan qal li din hi “l-agħar parti tal-futbol.” “Muġugħ imma se niġġieled biex nidħol lura fejn jixraqli. Il-futbol il-passjoni tiegħi,” qal Fenech li rringrazzja l-Alla li kollox mar tajjeb.

Fuq facekbook jispikkaw l-awguri ta’ sħabu tat-tim. “Ejja gidi, aħna warajk kitiblu,” Paul Fenech u Alfred Effinog qallu: “Courage bro, get well soon.”

Aqra aktar

“Ma bżajtx. Mhux biex nitkessaħ”

Wara preseason tajjeb, Raymond Mallia ħasiblu biex għall-aħħar logħhba tal-kampjonat Ingliż ikun Old Trafford biex jara lit-tim favorit tiegħu, il-Manchester United.

Meta xhur ilu qata’ l-biljett, kien għajnu mimlija li se jara lit-tim jgħolli xi tazza, iżda fil-verita’ lanqas il-logħba ma ra.

Mallia kien fost dawk li kellhom iħallu l-ground għax il-logħba ma saritx wara biża’ li kien hemm bomba. “Dħalna l-grawnd fost fost sigurtà kbira. Nitla’ kull sena u din id-darba rajt sigurtà iktar mis-soltu. Klieb, suldati, insomma minn kollox,” qal Mallia. Irrakkonta kif kienu ilhom mal-għaxar minuti fil-grawnd meta ra lill-goaler David De Gea dieħel mill-warm up f’ħin li għalih kien meqjus kmieni.

Aqra aktar

Send this to a friend