Football – Page 12 – One News

Notifiki

It-tifel mill-Imtarfa li ħareġ ma’ Ronaldo

Karl huwa tifel ta’ disa’ snin mill-Imtarfa, li fis-semi finali tal-EURO 2016 ħareġ fil-grawnd ta’ Lyon mal-gowler tal-Portugal Rui Patricio.

Dan bħala parti minn programm li jara lit-tfal jeskortaw lill-plejers f’din il-kompetizzjoni ta’ livell internazzjonali. Karl, li l-plejer favorit tiegħu huwa El Shaarawy għex din l-esperjenza mill-isbaħ mat-tim immexxi mill-istilla Cristiano Ronaldo u li eventwalment għamilha għall-finali. Il-ferħ tiegħu huwa evidenti fil-filmat.

Aqra aktar

Il-football jista’ jnessik tiftakar

L-aqwa tal-football Ewropew wasal. Dil-ġimgħa nilħqu l-quċċata tal-aktar tim b’saħħtu u konsistenti fil-bravuri tiegħu. B’xorti ħażina Malta qatt għadha ma resqet lejn xi tip ta’ fażi finali, fejn il-logħbiet jixxandru mal-erbat irjieħ tad-dinja. Nieħdu sodisfazzjon narawna rappreżentati. Iżda filwaqt li individwalment naslu niksbu anki d-deheb (bis-saħħa tal-bravu Chetcuti) meta niġu għal sforz ta’ tim, inbatu. X’inhi r-raġuni? Nuqqas ta’ dixxiplina, konsistenza, flus, viżjoni ċara, nies verament kapaċi li jwassluna għal dik il-kwalità internazzjonali? Wara li l-Iżlanda waslet tilgħab kontra Franza fil-kwarti tal-finali, wara li żammet qawwiet oħra bħall-Portugall u tajjret ‘il barra lill-Ingilterra, bħal donnu ma fadalx skużi. Fil-Eurovision għamilna qabża fil-kwalità iżda dak ukoll talent ta’ individwu.

Aqra aktar

Hodgson jirriżenja minn kowċ tat-tim Ingliż

Ingilterra 1 – Islanda 2 

L-Ingliżi sofrew l-agħar umiljazzjoni minn meta nqalgħu mill-World Cup fl-1950 mill-Brażil.

L-Islanda ħasdu bi kbir lill-Ingliżi fl-aħħar 16-il minuta tal-Euro 2016. Il-manaġer tat-tim Ingliż Roy Hodgson irriżenja wara t-telfa imbarazzanti kontra team li huwa meqjus in-numru 34 fid-dinja, f’pajjiż b’poplazzjoni ta’ 330,000 ruh biss.

Aqra aktar

Estradit għat-tieni darba – akkanit iżżejjed fil-football!

L-awtoritajiet Franċiżi keċċew lil mexxej tal-partitarji Russi Alexander Shprygin għat-tieni darba. Il-Ministru Franċiż tal-Intern qal li huwa tpoġġa fuq titjira minn Pariġi lejn Moska t-Tlieta filgħaxija.

Shprygin kien diġa ġie estradit is-Sibt, ġimgħa wara l-ġlied li kien hemm fil-logħba tal-Euro 2016 bejn l-Ingilterra u r-Russja. Madanakollu, huwa vjaġġa lejn Spanja bl-ajruplan u wasal Franza b’karozza, u kien arrestat waqt il-logħba Russja kontra Wales.

Aqra aktar

 F’Buġibba l-Ingliżi jiċċelebraw

Football is coming home hija l-għajta fil-pjazza ta’ Buġibba li għal darb oħra reġgħet mimlija bil-partitarji tat-tim nazzjonali Ingliż. Wara l-logħba l-kummentatur ta’ TVM, Rodney Vassallo, dlonk iddikjara li l-Ingliżi serqu l-logħba. Iżda żgur ma jaqblux miegħu dawk li fuq l-ispalla qed ikantaw id-diska li tal-Ingliżi jkantaw fil-bidu ta’ kull kompetizzjoni. Tgħid din id-darba jkantawha sal-aħħar?

Aqra aktar

Twissija mill-UEFA lir-Russi u l-Ingliżi

Il-UEFA bdiet proċeduri dixxiplinarji kontra t-tim tal-futbol Russu wara l-ġlieda li nqalgħet fl-Istade Velodrome f’Marsilja eżatt kif intemmet il-partita bejn ir-Russja u l-Ingilterra tal-Euro 2016 ilbieraħ filgħaxija.

Il-UEFA wissiet kemm lir-Russi kif ukoll lill-Ingliżi li mhux se teskluli ż-żewġ timijiet jiġu eliminati jekk vjolenza ta’ dan it-tip terġa’ sseħħ.

Filmati li nxterdu fuq is-siti soċjali juru kif partitarji Russi ħebbu għal dawk Inglizi billi qabżu fl-istadium, hekk kif fl-aħħar rizultat tal-partit minn Grupp B kisbu draw ta’  wieħed b’wieħed. Il-UEFA ċanfret din l-imġieba ‘inaċċettabbli’ li ħalliet 31 persuna midruba u li għadhom qed jingħataw il-kura.

Aqra aktar

L-Ingliżi u r-Russi jinfexxu f’xulxin

Il-pika  bejn partitarji Ingliżi u Russi inħasset sa mill-bieraħ filgħodu u kompliet teskala filgħaxija. Wara l-logħoba tal-EURO 2016 bejn iż-żewġ timijiet fi Franza, ir-Russi ħebbu għas-sapporters Ingliżi.

B’riżultat ta’ dan, mill-inqas 31 persuna ndarbu, erba minnhom b’mod gravi. Dawn jinkludu uffiċċjali tal-Pulizija Franċiża.

Aqra aktar

Send this to a friend