Football – Page 11 – One News

Notifiki

Pogba lura f’Old Trafford!

Wara ġimgħat ta’ stennija u ħafna xniegħat il-plejer ta’ nofs il-grawnd ex-Juventus Paul Pogba, ffirma mat-tim tal-Manchester United wara li ġie ffinalizzat it-trasferiment tiegħu mingħand Juventus.

Pogba ffirma kuntratt ta’ 5 snin li jista’ jiġi estiż għal sena oħra.

Aqra aktar

Ir-referee Clattenburg penġihom!

Mhux xi ħaġa daqstant komuni li naraw. Iżda l-Ingliż Clattenburg ħass li kellu jagħmilha. Penġa fuq idu it-tazza tac-Champions League u l-emblema tal-Euro 2016, iżda mhux għax rebaħhom.

Waqt li kien qiegħed fi Spanja għal btala, ir-referee ta’ fama internazzjonali Mark Clattenburg iddeċieda li fuq idu jpenġi dawn iż-żewġ ikoni tal-futbol Ewropew għaliex kien hu li rrefja l-finali ta’ dawn ż-żewġ kompetizzjonijiet Ewropej fl-2016 u b’hekk ħass li kellu jżomm rekordju fuq ġismu ta’ dawn iż-żewġ avvenimenti.

Aqra aktar

Beżgħu għas-sigurtá tagħhom

Dalgħodu fil-Qorti, waqt li kien qed ikompli jinstema’ l-każ ta’ tranġar tal-logħob, b’rabta mal-partita bejn Malta u l-Montengro ta’ Marzu li għadda, iż-żewġ plejers li qed jiġu akkużati stqarrew li r-raġuni għala ma rrapurtawx lil individwi Asjatiċi li avviniċawhom biex jintxraw għal din il-logħba sempliċiment kienet ħabba is-sigurtà tagħhom.

Aqra aktar

L-impossibbli fil-finali… barra meta kien ġewwa żgur

Finali. Plejer waħedha. Lasta vojta. Ballun barra.

Din hija s-sekwenza ta’ dak li żgur se jkun wieħed mill-ikbar żbalji li rajna fil-futbol din is-sena u li sar fil-finali ta’ taħt id-dsatax–il sena tan-nisa bejn Franza u Spanja. Franza kienu qed jirbħu 2-1 u minuta wara il-ħin regolamentari l-plejer Spanjola spiċċat waħedha quddiem il-lasta, kważi mal-linja. Dan wara rebound minn naħa tal-goaler.

Għal sekondi l-Ispanjoli żgur kienu ċerti li se jisfurzaw il-ħin miżjud. Iżda, ma kienx il-każ. Minflok marru barra l-ballun u t-tamiet tat-tim.

Aqra aktar

Ġgant fil-gaming jagħżel lil Malta għal-liċenzjar

Il-kumpanija SBTech, li tipprovdi soluzzjonijiet għall-imħatri fuq l-isports, għażlet lil pajjiżna biex tikseb liċenzja Class 4.

Il-liċenzja Maltija se tkompli żżid mal-portafoll ta’ permessi Ewropej, hekk kif il-kumpanija qed tkompli tespandi l-operat tagħha fil-kontinent Ewropew u lil hinn.

Il-Kap Eżekuttiv Richard Carter faħħar l-effiċjenza u l-professjonalità tal-Malta Gaming Authority. Flimkien ma klijenti bbażati Malta, SBTech mistennija tiffirma ftehimiet oħra ma operaturi liċenzjati Malta fil-futur qrib.

Aqra aktar

Bonnet l-ewwel u ebda bidla fil-Viċi-Presidenti tal-MFA

Ma kien hemm bidla fil-Viċi-Presidenti tal-Malta Football Association hekk kif Chris Bonnet, Ludovico Micallef u Alexander Manfre żammew posthom bħala l-assistenti ta’ Norman Darmanin Demajo fl-MFA. Chris Bonnet kiseb vot b’saħħtu ħafna tant li 119 inkludewh fl-għażla tagħhom.
Norman Darmanin Demajo, magħruf bħala d-Dede, reġa’ ġie kkonfermat bħala President tal-MFA. Dan wara li dalgħodu d-delegati vvotaw għal din il-kariga fl-ogħla istituzzjoni fil-futbol lokali.
Huwa kiseb 116-il vot favur u 18 kontra.

Birkirkara jiktbu l-istorja billi jgħaddu għat-tielet rawnd

Birkirkara FC kitbu paġna ġdida fl-istorja tagħhom u tal-futbol Malti meta rnexxilhom jgħaddu għat-tielet rawnd tal-UEFA Europa League. It-tim Karkariż għeleb lit-tim ferm iżjed kwotat minnhom ta’ Hearts ġewwa l-Iskozja bl-iskor ta’ 2-1. Ġimgħa ilu, Birkirkara spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls kontra l-istess Skoċċiżi fil-Hibernians Stadium, biex b’hekk kienu Birkirkara li għaddew b’aggregate ta’ 2-1.

Kienu Birkirkara li marru 2-0 minn fuq b’gowls ta’ Christian Bubalovic u Edward Herrera biex Conor Sammon naqqas il-marġni għal Hearts. Is-sena l-oħra, Birkirkara wkoll kienu ferm viċin li jkomplu javvanzaw f’din il-kompetizzjoni meta kienet biss il-lotterija tal-penalties li eliminat lil Birkirkara kontra t-tim mill-Premier League Ingliż ta’ West Ham. Birkirkara issa jiltaqgħu fit-tielet rawnd kontra r-Russi ta’ Krasnodar. Din hija l-aħħar rawnd qabel il-fażi tal-gruppi. Kif hu mistenni l-partitarji Karkariżi jinsabu f’dellirju għas-suċċess miksub mill-benjamini tagħhom.

Aqra aktar

Holly e Benji: 30 sena wara x’niftakru?

Min jaf kemm hawn minnkom tiftakru taslu mill-iskola, tieklu dik ix-xi ħaġa malajr u taqbdu l-hw mal-ewwel bil-għan li sal-erbgħa tkunu lesti bil-għan li x’ħin jibda Holly e Benji tkunu quddiem it-televiżjoni lesti biex ma titilfux imqar azzjoni.Aqra aktar

Send this to a friend