ARA: X’jinkludi l-pakkett ta’ fondi għall-irkupru?

Il-Pakkett ta’ Fondi għall-Irkupru u Reżiljenza ta’ Malta, li huwa parti minn Next Generation EU huwa ta’ tliet mija u sittax-il miljun ewro.

Iżda b’kollox dan il-Pjan tal-Gvern Malti se jkun qed jiswa tlett mija u ħamsa u erbgħin miljun ewro.

Dan hekk kif il-Gvern Malti se jkun qed iżid disgħa u għoxrin miljun ewro ma’ dawn il-fondi Ewropej.Aqra aktar

Il-Klabb tal-Boċċi f’Ħal Għaxaq gawda minn madwar €28,000 f’fondi Ewropej

Il-Klabb tal-Boċċi f’Ħal Għaxaq gawda minn madwar €28,000 f’fondi Ewropej sabiex sar investiment fih. Dan il-klabb iservi wkoll ta’ post biex jinġabru flimkien residenti Għaxqin, filwaqt li jsegwu l-logħba tal-boċċi li tmur lura mijiet ta’ snin u li hija parti mill-kultura lokali.

Fost l-investiment li sar hemm tinda li toffri kenn mill-elementi kif ukoll siġġijiet u mwejjed għall-bar li jilqa’ fih bosta dilettanti tal-logħba tal-boċċi.

Aqra aktar

Aktar investiment b’risq il-bdiewa permezz ta’ fondi Ewropej

Il-bdiewa f’Malta se jibbenefikaw minn programm ta’ fondi Ewropej apposta għalihom biex jinvestu f’teknoloġiji aktar effiċjenti, li jagħtu wkoll prodott lokali aktar bnin u ta’ kwalità.Aqra aktar

Bejn l-2018 u l-2020, 37 Kunsill Lokali jissottomettu 66 proġett biex jibbenefikaw minn fondi ewropej

Bl-għajnuna ta’ Servizzi Ewropej f’Malta, il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn akkwista fondi Ewropej biex seta’ jimplimenta proġett ta’ ġemellaġġ li involva parteċipanti ġejjin minn lokalitajiet minn Malta, l-Italja, il-Ġermanja, il-Polonja u l-Olanda. Dan il-proġett hu wieħed minn 66 proġett li bejn l-2018 u l-2020 kienu sottomessi minn 37 kunsill lokali differenti biex jibbenefikaw minn fondi Ewropej.

F’attività f’Wied il-Għajn, il-Ministru Carmelo Abela spjega li proġett bħal dan iressaq aktar qrib xulxin ċittadini Ewropej li ġejjin minn pajjiżi differenti u b’hekk ikunu jistgħu jaqsmu l-ideat u l-ħsibijiet ma’ xulxin.

Aqra aktar

Il-Gvern iħabbar il-Pjan ta’ Rkupru ta’ €345 miljun minn Fondi Ewropej

Il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza ta’ Malta b’fondi Ewropej, intbagħat formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex fix-xahrejn li ġejjin issir l-evalwazzjoni tiegħu u tingħata l-approvazzjoni biex jiġi implimentat.

F’konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi ġie spjegat kif b’nefqa ta’ tliet mija u ħamsa u erbgħin miljun ewro, se jsiru sbatax-il proġett u inizjattivi, imsejsa fuq sitt oqsma ewlenin.

Aqra aktar

Send this to a friend