fondazzjoni – One News

Michelle Muscat se tgħum 14-il kilometru fit-13 ta’ Lulju

Bit-tema Tail’s End, mart il-Prim Ministru, is-Sinjura Michelle Nuscat se twettaq l-akbar sfida ta’ 14-il kilometru ta’ għawm mal-kosta fit-Tramuntana tal-pajjiż. Is-Sinjura Muscat se tisfida l-kurrenti fit-13 ta’ Lulju, f’baħar miftuħ fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Hija spjegat li r-rotta se tkun deċiża skont it-temp.

Din hija l-ħames darba li s-Sinjura Muscat se tkun qed tagħmel din l-inizjattiva bl-aħħar waħda tkun dik mill-Qawra sal-Għadira. Il-kowċ tas-sinjura Muscat, Anna Calleja, iddeskriviet lil Michelle Muscat bħala persuna eżemplari u tieħu din l-isfida b’serjeta kbira tant li titħarreġ kwazi kuljum għaliha. Sena wara l-oħra, Michelle Muscat daħlet għal din l-isfidna biex jinġabru flus għall-Fondazzjoni Marigold li tgħin bosta għaqdiet f’pajjizna fosthom l-ispecial olympics.Aqra aktar

L-IDEAT se tiftaħ akkademja politika

Il-Fondazzjoni iDEAT, it-think tank tal-Partit Laburista f’dawn l-aħħar xhur imbarkat fuq proġett ambizzjuż, politiku u edukattiv, dak li tinfetaħ akkademja politika. L-għan ta’ din l-akkademja se jkun sabiex għall-ewwel darba f’pajjiżna jkun hawn ċentru ta’ studji politiċi li esklussivament joffri korsijiet f’diversi temi varji b’relazzjoni mal-politika għal dawk interessati li jwessgħu l-għarfien tagħhom fil-politika u dawk li qegħdin jaspiraw li jkun uta’ servizz fil-politika.

Aqra aktar

Mwaqqfa l-Fondazzjoni Emanuele għar-Riċerka tal-Kanċer

Din il-Fondazzjoni hija pass importanti għall-istrateġija nazzjonali għar-riduzzjoni tal-piż tal-marda tal-kanċer.

Il-Fondazzjoni l-ġdida twaqfet sabiex tnaqqas l-impatt tal-marda tal-kanċer fuq il-poplu Malti, r-reġjun Mediterran kif ukoll fuq livell globali billi tipromwovi u tgħati sapport lir-riċerka fuq il-kanċer, l-iżvilupp u l-edukazzjoni.Aqra aktar

Plejers żgħar jilagħbu l-futbol biex jiġbru fondi għall-Inspire

In-Nursery tal-klabb tas-Sliema Wanderers u l-Fondazzjoni Inspire ikkollaboraw flimkien għat-tieni edizzjoni ta’ Come Together Football Tournament – tournament għal plejers żgħar, sabiex jippromwovu l-inklużjoni fis-soċjetà tagħna.

Nhar il-Ħadd 2 ta’ April 2017, aktar minn 100 plejer żagħżugħ ipparteċipaw fil-festival tal-futbol, li ġie organizzat fil-Kumpless tat-Training tal-Klabb tal-Futbol Sliema Wanderers, f’ Tigne Point, Sliema. Inġabru aktar minn €800, li ngataw bħala donazzjoni lill-Fondazzjoni Inspire.

Aqra aktar

Iffirmat ftehim b’investiment ta’ €1.4 MILJUN

B’investiment ta’ €1,400,000, illum kien iffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Fondazzjoni Nazareth.

Din  tilqa’ fi ħdanha 28 resident u b’dan il-ftehim, li jkopri kuntratt ta’ tliet snin, l-amministraturi tagħha se jingħataw serħan il-moħħ mill-aspett finanzjarju.

Aqra aktar

Fi gwerra kontra l-mard

L-aħbar ta’ mard fil-familja tnissel swied-il qalb fost kulħadd, speċjalment meta l-marda tolqot lit-tfal. Iżda minbarra l-appoġġ u l-kliem ta’ sabar li l-familja tista tirċievi minn qraba u ħbieb, hija kruċjali l-għajnuna professjonali.

Karl Vella Foundation tagħmel propju dan mal-ġenituri u l-aħwa ta’ tfal li jkunu morda. Qasmu l-esperjenza tagħhom dwar din il-fondazzjoni omm u oħt ċkejken b’ marda rari. Fondazzjoni li għada tistgħu tgħinuha billi żżuru u tikkontribwixxu f’ open day f’ the kitchen garden.
Aqra aktar

Send this to a friend