Aktar minn €432,000,000 mill-programm ta’ ċittadinanza b’investiment

Id-dħul fil-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali sal-aħħar ta’ Awwissu li għadda kien ilaħħaq għal aktar minn 432 miljun ewro.

Dan tħabbar fi stqarrija tal-Bord tal-Gvernaturi ta’ dan il-fond. Il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali huwa aġenzija tal-Gvern u twaqqaf biex jamministra 70 fil-mija tal-kontribuzzjonijiet li tirċievi mill-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment.

Il-Bord tal-Gvernaturi qal li matul l-istess perjodu, il-Fond investa aktar minn 130 miljun ewro f’investimenti lokali rreġistrati fuq il-Borża ta’ Malta flimkien ma’ Stocks tal-Gvern.Aqra aktar

Fond miljunarju għal studenti b’realtajiet diffiċli

Il-fond ta’ miljun ewro li se jkun qed joffri sapport lill-iskejjel u l-istudenti se jibda jopera fil-ġimgħat li ġejjin. Dan il-fond tħabbar fid-dokument tal-baġit f’Ottubru. L-għan wara dan il-fond huwa li se jkun qed joffri għajnuna finanzjarja diretta lil studenti li qed jaffaċċjaw diffikultajiet soċjali.

Aqra aktar

“Fl-aħħar il-fond se jkollu tmexxija tajba”

• Ir-reazzjoni tal-Iżvediżi wara d-deċiżjoni li l-fond “ta’ Tonio Fenech” jitmexxa minn Awdituri

Kienet ċara r-reazzjoni tal-Aġenzija Żvediza għall-Pensjonijiet dwar id-deċiżjoni li Falcon Funds, li tiegħu hu direttur l-eks Ministru Tonio Fenech, jgħaddi f’idejn awditur biex jamministrah.

“Nilqgħu d-deċiżjoni tal-MFSA. Dan ifisser li sa fl-aħħar il-fond se jkollu tmexxija tajba,” qal il-Kap tad-Dipartiment Legali fi ħdan l-Aġenzija tal-Pensjonijiet Żvediża, Mikael Westberg.

Aqra aktar

Fond biex iħeġġeġ aktar volontarjat

Ħarġet ir-raba’ sejħa għall-applikazzjonijiet għal fond tal-organizzazzjonijiet volontarji.

Fil-Palazz ta’ San Anton, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca spjegat permezz tal-fond ta’ €900,000 li ngħata s-sena l-oħra, ġew iffinanzjati 66 inizjattiva differenti.
Aqra aktar

Ma tintlaqax talba minn ħaddiema tal-GO biex ikun likwidat fond miljunarju

Matul l-aħħar xhur, il-Gvern kien impenjat f’taħdidiet mat-tmexxija tal-Fondazzjoni tal-Impjegati tal-GO biex tinstab triq għall-ġejjieni sostenibbli għal din il-fondazzjoni, u biex issir ġustizzja ma’ ħaddiema preżenti u passati.  Kien intlaħaq ftehim mat-tmexxija tal-Fondazzjoni, liema ftehim iżda ma ġiex aċċettat mill-membri.

Minflok, il-membri, jiġifieri l-impjegati preżenti tal-GO, qed jipproponu lill-Gvern li l-Fond jiġi llikwidat u li wara li jitħallsu l-kredituri, il-bilanċ (madwar ħames miljun ewro) jitqassmu bejn l-impjegati preżenti.

Aqra aktar

Send this to a friend