Notifiki

ARA: Il-President George Vella jpoġġi l-fjuri fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir

Fil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Vitorja meta pajjiżna jfakkar ir-rebħa kontra t-Torok fl-1565 u l-jum li fih it-Taljani waqfu jibbumbardjaw lil pajjiżna, dalgħodu l-President ta’ Malta, George Vella poġġa l-fjuri fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.Aqra aktar

Il-PL jsellem il-memorja ta’ Karin Grech

Il-Partit Laburista llejla fakkar il-41 sena mill-qtil ta’ Karin Grech b’ċerimonja ta’ tqegħid ta’ kuruni ta’ fjuri fuq il-monument tagħha f’San Ġwann. F’diskors kommemorattiv, id-Deputat Prim Ministu Chris Fearne qal li 41 sena ilu, il-poplu nħasad b’dan il-qtil politiku.

Qal li l-politika qiegħda hemm biex nagħmlu l-ġid, iżda sfortunament jeżistu ċirkostanzi fejn il-politika ġġib il-mibegħda bħal dan il-każ.Aqra aktar

ARA: Malta tfakkar il-100 sena minn tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija

Fil-100 sena mit-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija ġew imfakkra l-vittmi li tilfu ħajjiethom fiż-żewġ gwerer dinjija.

Jum li jiġi ċċelebrat mill-pajjiżi kollha tal-Commonwealth inkluż f’Malta, li kellha rwol daqstant importanti għal eluf ta’ suldati midruba.  Dan hekk kif bil-qagħda ġeografika ta’ pajjiżna, Malta kienet u ħa tibqa magħrufa bħala l-Infermiera tal-Mediterran.Aqra aktar

Il-PM isellem il-memorja tal-vittmi tal-Gwerer Dinjija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem il-memorja tal-eluf ta’ vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija f’Jum it-Tifkira. Il-Prim Ministru flimkien ma’ wħud mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż poġġew girlanda ta’ fjuri marbuta ma’ dan il-jum biswit il-monument tal-Gwerra fil-Floriana. Aqra aktar

Ineħħu isem Delia mill-kuruna li poġġa quddiem tifkira ta’ DCG

Girlanda tal-fjuri li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia mar iqiegħed quddiem tifkira tal-blogger Daphne Caruana Galizia fil-Belt, kompliet toħroġ fil-beraħ il-qasma bejn il-fazzjoni ta’ Delia u l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.

Dan wara li grupp mill-fazzjoni ta’ Busuttil warrab fil-ġenb il-girlanda li Delia poġġa quddiem it-tifkira li għamlulha f’għeluq is-sena mill-qtil tagħha fil-Belt.

Saħansitra għattew il-kliem “Kap tal-Oppożizzjoni” minn mal-girlanda bl-aħħar messaġġ tal-blogger li fil-mira tiegħu kien hemm ukoll il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Aqra aktar

Send this to a friend