first malta – One News

Notifiki

Stennew sajf iktar qawwi mis-sajf 2017

Jidher li ġej sajf sħun ieħor għal din is-sena 2018. Jekk tiftakru s-sena l-oħra esperjenzajna  l-heatwave Luċifru li kien imlaqqam hekk minħabba li kien ferm qawwi iżjed mis-soltu u affettwa lill-pajjiżi madwar in-nofsinhar tal-Ewropa, inkluż Malta.

Aqra aktar

Jinħassu terrimoti fil-Mediterran

Dalgħodu għall-ħabta tal-10.00 inħass terremot ta’ qawwa ta’ 3.3 fuq l-iskala Richter viċin l-Etna, t-terremot inħass ukoll minn nies li jgħixu fil-viċin f’Katanja u Ragalna.

Skond rapporti fuq https://www.facebook.com/firstmalta l-Etna beda jdaħħan.

Iktar kmieni filgħodu inħass ukoll terremot ta’ manjutidni 2.8 iżda dan kien kilometru taħt l-art u għalhekk ma nħassx wisq, iżda s-sala operativa ta’ moniteraġġ magħrufa bħala INGV f’Catania fi stqarrija qalu li ilhom tlett ijiem jirreġistraw theżżiż żgħir.

Jidher li ftit tal-ħin ilu ġie kkonfermat li llum inħassu tliet terremoti viċin. fil-Mediterran f’inqas minn 24 siegħa.

Se jinżlu t-temperaturi u jkollna ftit xita

Arja kiesħa qed toriġina lejn it-Tramuntana tal-Ewropa u mistennija tinżel l’isfel lejn iċ-ċentru tal-Mediterran fil-ġranet li ġejjin.

Jidher li fi tmiem il-ġimgħa ser ikollna ftit xita ħafifa f’forma iżolata minħabba l-massa t’arja kiesħa. Dan mistenni jiġri hekk kif din l-arja qed tikkontrasta mal-arja relattivament iktar sħuna li qed taffetwana bħalissa.

Minn nhar il-Ħadd 4 ta’ Frar nistennew tibdil fit-temperaturi hekk kif dawn mistennija jinżlu bi ftit gradi, hekk kif l-ogħla mistennija tilħaq il-15C u l-inqas l-10C, mentri t-Tnejn 5 ta’ Frar jinżlu ftit iktar hekk kif l-ogħla tilħaq it-13C u l-inqas l-10C.

It-temperaturi viċin dawn il-livelli mistennija jippersistu matul il-ġimgħa d-dieħla wkoll.

Dan ħabritu s-sit indipendenti ta’ FirstMalta. Żur http://www.firstmalta.com u https://facebook.com/firstmalta għal aktar tagħrif.

Riħ imbassar għal tmiem il-ġimgħa

Is-sit tal-bassara tat-temp indipendenti FirstMalta.com (www.firstmalta.com ) qed jgħid li l-aħħar indikazzjonijiet qed juru li l-kesħa li kellha tasal sa fuqna mhux se tilħaqna hekk kif is-sħana li toriġina mill-Afrika se tibqa’ taħkem fuq iċ-ċentru tal-Mediterran u mhux se tippermetti li l-kesħa tasal sa fuq il-gżejjer Maltin kif oriġinarjament kien maħsub għall-weekend.  Il-mappa annessa tindika t-temperaturi għall-tmiem il-ġimgħa fuq l-Ewropa u t-tramuntana tal-Afrika.

Ir-riħ jidher li se jilħaqna xorta waħda, dan hekk kif sistema ta’ pressjoni baxxa li tinsab fuq il-Greċja se tikkontrasta ma’ sistema ta’ pressjoni għolja li tinsab lejn il-Punent tagħna. Dan se jwassal sabiex il-Ħadd filgħodu r-riħ Punent Majjistru se jilħaqna b’qawwa ta’ Forza 7 li f’xi ħin mal-ġurnata jmiss il-Forza 8 u jibda’ jikkalma mal-lejl.

Jidher li x-xita mhux se tkun qed tilħaqna fil-ħinijiet taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Valletta 2018 u l-gżejjer Maltin se jintlaħqu biss minn ftit xita rxiex nhar il-Ħadd 21 ta’ Jannar, matul il-jum, fejn l-ammonti mistennija jkunu minimi.

Send this to a friend