films – Page 3 – One News

Notifiki

“Emmen fik innifsek u tasal fejn trid”

Minjaf kemm-il reklam naraw ta’ kuljum bejn programm u ieħor, iżda forsi qajla jgħaddilna minn moħħna, ix-xogħol li jkun sar minn wara l-kwinti biex fuq it-televiżjoni tagħna naraw il-prodott finali.

L-istess waqt film.  Element wieħed u komuni kemm f’reklam u kif ukoll film hi l-mużika fl-isfond.

Onenews tkellem ma’ Damian Mizzi – proprju raġel li jikkomponiha.

Aqra aktar

Aħbar ħażina għal min iħobb Game of Thrones

L-attur Ingliż Peter Vaughan, magħruf l-aktar għar-rwol ta’ Maetser Aemon f’Game of Thrones u Grouty fis-sitcom Porridge, miet fl-età ta’ 93 sena.

L-aġent tiegħu Sally Long Innes ikkonfermat li ħalla din id-dinja għall-ħabta tal-10:30 illum, f’ċirkostanzi sereni mdawwar bil-familja tiegħu.

Huwa beda l-karriera tiegħu fis-snin 50 u sar magħruf għar-rwoli li kellu kemm fuq il-palk kif ukoll fuq it-televiżjoni, ir-radju u l-film.

Kien jinterpreta karattri b’saħħithom u b’xi ftit kuraġġ, bħal uffiċjali tal-Pulizija, aġenti sigrieti u persuni anzjani b’ċertu awtorità.

Aqra aktar

4,500 jaħdmu bis-saħħa tal-films

Kien hemm madwar 4,500 persuna li ħadmu fl-industrija tal-films grazzi għas-sena rekord li din l-industrija kellha s-sena li għaddiet. Elfejn persuna ħadmu bħala membri tal-crew u madwar 2,500 ħadmu bħala extras u atturi.

“Fir-rigward ta’ impjiegi indiretti, dawn il-produzzjonijiet jiġġeneraw eluf ta’ impjiegi illi huwa diffiċli ħafna jiġu kkwantifikati,” qal il-Ministru Edward Zammit Lewis meta kien qed iwieġeb domanda parlamentari dwar l-industrija. Is-sena li għaddiet, kien hemm element qawwi ta’ diversifikazzjoni fl-industrija tal-Films. Minbarra films li ġew attirati, numru kbir ta’ sensiliet għat-televizjoni internazzjonali u produzzjonijiet ta’ reklami għal ditti rinomati nefqu miljuni ta’ ewro f’pajjiżna. Din l-industrija kompliet tagħti kontribuzzjoni importanti lill-ekonomija ta’ Malta.

Aqra aktar

Aktar investiment fl-industrija tal-films f’pajjiżna

Il-Kummisjoni Maltija għall-Films ħarġet sejħa għall-proposti biex tiġi żvillupata mill-ġdid l-faċilitá tal-Films tar-Rinella. Dan tħabbar mill-Kummisjoni fi stqarrija, fejn spjegat li ħames kumpaniji internazzjonali kienu ntgħażlu wara li esprimew l-interess tagħhom f’dan l-investiment.
Aqra aktar

Produzzjonijiet bejn Malta u l-Kanada

Il-Kanada. Pajjiż imbiegħed u li forsi ftit jiġina f’moħħna meta nsemmu kollaborazzjoni f’xi settur jew ieħor. Iżda, fis-settur tal-films il-kolaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi jidher li hi waħda ideali.

Insegwu għaliex.

Aqra aktar

Send this to a friend