films – Page 2 – One News

Notifiki

L-ewwel karattru gay fil-films ta’ Disney

Il-Film ‘Beauty and the Beast’ se jkun qed jintroduċi l-ewwel karattru gay fil-films ta’ Disney. Dan ħabbru d-Direttur Bill Condon li spjega li l-karattru LeFou, li huwa l-persuna li dejjem tkun ma’ Gaston, il-karattru l-kattiv tal-istorja, se jkun qed jesplora s-sesswalità tiegħu f’dan il-film.

Aqra aktar

Jintgħażlu l-agħar films tas-sena

 

Hekk kif id-dinja tistenna ċ-ċerimonja tal-għoti tal-Oscars fis-sigħat bikrin ta’ għada filgħodu ħin ta’ Malta, dal-lejl tħabbru r-Razzie Awards, “premjijiet” għal dawk meqjujsa bħala l-agħar films tas-sena li għaddiet.

Ir-rebbieħa kienu: Hillary’s America: The Secret History Of The Democratic Party u Batman v Superman: Dawn of Justice. It-tnejn rebħu erba’ awards kujll wieħed.

Il-film, li jikkritika lil Clinton, dokumentarju minn Dineh D’Soluza, awstur ċelebri u kummentatru konservattiv, ingħażel bħala l-agħar film tas-sena.

Aqra aktar

Produzzjoni televiża internazzjonali se ssir f’pajjiżna

Wieħed mill-aktar xandara popolari, ITV, għażel lil pajjiżna biex jipproduċi programm televiż ta’ logħob fl-ilma. Dan il-programm se jkun jismu ‘Cannonball’. ITV diġa’ ħareġ l-applikazzjonijiet għal dawk il-parteċipanti li jixtiequ jikkontestaw. Din il-produzzjoni se tkun qed issir fil-Malta Film Studios tal-Kalkara.

Aqra aktar

Opportunitajiet ikbar għal films indiġeni

 

Pajjiżna ffirma l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għal-Koproduzzjoni Ċinematografika. Iffirmar li seħħ nhar it-Tnejn f’Rotterdam mill-Ministru Edward Zammit Lewis u fil-preżenza tal-Kummissarju għall-Films Engelbert Grech, li kienu preżenti għas-sitta u erbgħin edizzjoni tal-Film Festival ta’ Rotterdam.

 

B’dan l-iffirmar f’pajjiżna mistennija jinħolqu iktar opportunitajiet għal films indiġeni.

Aqra aktar

Sejħa għal extras fil-films – esperjenza jew flus?

Għal min qed ifittex esperjenza ġdida u jagħmel kemxa tajba, bħalissa huwa ċ-ċans hekk kif qed isiru numru ta’ sejħiet għal extras għall-films internazzjonali.

B’kapital li jiżboq ferm minn dak ta’ produzzjonijiet żgħar, id-diretturi ta’ dawn it-tip ta’ films ikunu qed ifittxu numru ta’ nies ta’ kull età sabiex jieħdu sehem fi ġbid ta’ xeni differenti.

Aqra aktar

Meta pajjiżna jsir gżira mitlufa – ġmiel ta’ xeni

Dak li nafu dwar il-gżira Atlantis, nafuh biss minn kliem Platun, madwar 360 sena qabel Kristu.

Platun kien qal li Atlantis kienet teżisti 9,000 sena qabel żmienu. L-istorja għaddiet minn idejn poeti, qassisin, artisti, u issa National Geographic.

“Atlantis Rising” inġibdu partijiet minnu hawn Malta, u tsita’ ssewgi l-ġmiel ta’ xejn tal-producer James Cameron hawn.

Aqra aktar

L-aqwa films tal-2016 – Star Wars fil-quċċata tal-klassifika

Is-sena 2016 kienet waħda stupenda għal dawk li huma fanatiċi tal-films, dan hekk kif kienet waħda mill-aqwa sena mżewqa b’diversi films popolari li bosta nies kienu ħerqana biex jaraw.

Fil-quċċata tal-klassifika tal-films ta’ KRS Releasing li ntwerew fl-2016 insibu lil Star Wars Episode VII – The Force Awakens. Film mis-sensiela famuża mondjali ta’ Star Wars, bid-distributur tal-film ikun Walt Disney Studios b’ġenre ta’ azzjoni,avventura u fantażija. Hu beda jintwera fis-swali Maltin fil-15 ta’ Diċembru ta’ 2016 u f’temp ta’ tmien ġimgħat jintwera fis-swali tela’ fl-ewwel post tal-klassifika.

 

Aqra aktar

Send this to a friend