Notifiki

Ċelebrazzjoni tal-ħaddiema fl-industrija tal-films

Bit-tema “Industrija tal-Films Sostenibbli”, tnediet kampanja li se tiċċelebra l-ħidma li ssir fl-industrija tal-films f’pajjiżna u tħeġġeġ aktar persuni jingħaqdu fiha.

F’konferenza tal-aħbarjiet f’Fort Rikażli, li fih inġibdu diversi films popolari bħal Gladiator, il-Kummissarju tal-films Johann Grech qal li r-reputazzjoni ta’ Malta f’din l-industrija qed twassal għall-bini ta’ relazzjonijiet ma’ kumpaniji tal-films u studios rinomati.

Aqra aktar

L-Orkesta Maltija se tinvolvi ruħha fl-industrija tal-films

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta għaddejja b’ħidma sabiex fiż-żmien li ġej tkun tista’ tibda tirrekordja l-mużika għall-films internazzjonali.

Żvela dan iċ-Chairman tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta Sigmund Mifsud f’kummenti ma’ One News, fejn spjega wkoll kif fis-sena li għaddiet, il-produzzjonijiet online tal-orkesta laħqu aktar minn ħdax-il miljun persuna f’bosta pajjiżi madwar id-dinja.

Qal kif, “Ninsabu kuntenti ħafna li l-produzzjonijiet li kellna online laħqu reach ta’ 11-il miljun f’sitta u erbgħin pajjiż differenti u ovvjament anke l-kummentt li kellna minn diversi organizzazjonijiet internazzjonali kienu li l-produzzjonijiet tagħna kienu ta’ livell għoli ħafna. Qed naħdmu biex fil-futur inkunu wkoll involuti fl-industrija tar-recording tal-mużika tal-films.”

Minħabba l-pandemija l-Orkestra kellha tillimita ruħha aktar mis-soltu fuq palk jew teatru quddiem in-nies, iżda l-produzzjonijiet ma waqfux.

Is-Surmast Mifsud saħaq kif iħares ‘l quddiem biex l-orkesta terġa’ tibda ttella’ kunċerti għan-nies.

Spjega, “Nisperaw li s-sitwazzjoni tippermettilna li aħna nkunu f’pożizzjoni li nagħmlu kunċerti live. Pero kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa meta għandek orkestra ta’ 70 ruħ u ġo teatru tista’ ddaħħal mitt ruħ  aħna mhux worth it li nagħmlu kunċert għal 10 min-nies.”

Sigmund Mifsud spjega li fix-xhur li għaddew irrekordjaw diversi kunċerti, saħansitra ħarġu silta mużikali bl-isem ta’ Contemporary Colours, li titratta mużika Maltija ta’ kompożituri Maltin. Apparti dan bdiet kampanja ta’ mużika edukattiva li daħlet fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex kollha.

Investiment fil-‘Malta Film Studios’ fil-Kalkara

Investiment fil-‘Malta Film Studios’ ser jara lis-settur tal-films f’pajjiżna isir wieħed iżjed attraenti. Dan b’masterplan b’investiment ta’ €35 miljun mill-Gvern li ser ikun qed jara titjib sostanzjali fil-‘Malta Film Studios’ fil-Kalkara. Aqra aktar

Skema biex tiġi mħarsa l-industrija tal-films

Permezz ta’ baġit annwali ta’ sitt mitt elf ewro, ġiet introdotta l-iskema Screen Malta, li l-għan tagħha huwa li joħloq metodi ġodda għall-iffinanzjar ta’ produzzjonijiet lokali.Aqra aktar

Send this to a friend