filmati – One News

Notifiki

Id-dokumentarju tal-ġurnalist Franċiż dwar l-IIP uża filmat imbagħbas


Id-ditta legali Chetcuti Cauchi ppubblikat il-filmat sħiħ ta’ intervista li saret mill-istazzjon Franċiż u sostniet li dan jiskolpaha minn kull allegazzjoni li saru dwarhom fosthom li xi ħadd jista’ jagħlaq għajnejh dwar applikazzjonijiet għall-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment. Kawża ta’ dawn l-allegazzjonijiet u l-manipulazzjoni tal-intervista, il-kumpanija kellha l-liċenzja tagħha sospiża. Aqra aktar

FILMAT: Telefonati u vannijiet biex tal-PN jinġabru jċapċpu barra l-bini ta’ Xarabank

Il-Partit Nazzjonalista organizza folla biex tmur Ħal Qormi barra l-bini ta’ fejn isir Xarabank. Dan biex iċapċap lil Simon Busuttil la jasal u jitlaq mid-dibattitu.

Organizzati b’telefonati mid-Dar Ċentrai l-partitarji waslu b’vannijiet u kitbiet fuq kartun. Fost dawk miġbura kien hemm ukoll uċuħ familjari għaliex kienu fl-istess folla li attakkat il-ġurnalisti sena ilu meta l-Kap Nazzjonalista, Simon Busuttil u d-deputat tiegħu Jason Azzopardi ħaduhom jagħmlu l-istorbju qabel seduta l-Qorti.

Aqra aktar

Send this to a friend