filmat – One News

Il-Pulizija Amerikana tingħata filmat li allegatament juri lil R. Kelly jabbuża sesswalment lil numru ta’ tfajliet

Amerikan qed jallega li sab filmat juri lill-kantant R.Kelly jabbuża sesswalment minn tfajliet ta’ karnaġġjon skur. Gary Dennis, ir-raġel, qal lill-midja Amerikana li l-filmat issa qiegħed għand l-awtoritajiet involuti wara li nstab f’daru.

Il-kantant R.Kelly affaċċja madwar għaxar akkużi ta’ abbuż sesswali ma’ erba’ vittmi, tlieta minnhom ikunu minuri. Jekk jinstab ħati, huwa kapaċi jintbagħat sa seba’ snin ħabs għal kull akkuża. S’issa, il-kantant qed jiċħad l-akkużi kollha miġjuba kontrih, inkluż li hu deher fil-filmat li nstab f’dar Gary Dennis.

Passi dixxiplinarji kontra student li deher f’filmat jattakka edukatur verbalment u juża kliem ta’ natura sesswali

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni rrefera għal filmat li ġie ppubblikat illum fuq il-midja soċjali li juri student jattakka verbalment bi kliem oxxen u ta’ natura sesswali lill-edukatur.

Fi stqarrija l-Ministeru spjega li dan il-filmat inġibed fl-2017 u meta l-awtoritajiet tal-iskola saru jafu b’dan l-incident ittieħdu l-passi dixxiplinarji fil-konfront tal-istudent fejn ġie sospiż, u ma baqax jattendi f’din l-iskola u ġie dirett lejn programm edukattiv tal-appoġġ. Fl-istess ħin sar rapport mill-iskola lill-pulizija minnufih.

Il-Ministeru u l-Awtoritajiet fl-iskejjel dejjem kellhom politika waħda f’dawn it-tip ta’ ċirkostanzi: Tolleranza Zero.

Il-Ministeru temm jisħaq li għandu jkun hemm kultura ta’ rispett fl-edukazzjoni, bejn studenti u edukaturi, bejn ġenituri u edukaturi u bejn dawk kollha li jaħdmu fl-edukazzjoni.

Filmat: Qabad isuq u kaxkar il-pompa warajh!

Filmat li qed jinxtered fuq il-midja soċjali bħalissa qed jagħti spettaklu lil bosta. Dan qed juri sewwieq li waqaf f’pompa tal-petrol jimla’ l-karozza, iżda ma ndunax li mhux lest. Dan jidher jaqbad isuq u jiġbed il-pompa warajh.

Jidher li l-filmat ittella’ fuq Facebook minn sid il-pompa, li spjega li xi kultant “trid tara biex temmen”.

FILMAT: Il-Pulizija bi tfittxija għal dan ir-raġel

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija intensiva għal raġel li l-Erbgħa filgħodu għamel ħsara f’karozza pparkjata biex jisraq il-basket li tħalla fiha f’Buġibba.

Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri lir-raġel jgara vit fid-direzzjoni tal-ħġieġa tal-bieba tal-karozza. Baqa’ jagħmel hekk sakemm irnexxielu jisraq il-basket.

Wara li għamel dan huwa ħarab jiġri minn fuq il-post. Kull minn għandu xi tagħrif huwa mitlub li jgħaddih lill-Pulizija. Huwa jintgħaraf  sew minn dan il-filmat.

Aqra aktar

Inqabblu t-turnout mal-2013

Aktar min-nofs ta’ dawk eliġibbli li jivvutaw f’din l-elezzjoni ġenerali ħarġu jivvutaw sas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.

Sa seba’ sigħat minn mindu bdiet il-votazzjoni, il-Kummissjoni Elettorali qalet li kienu ftit aktar minn 53% li ħarġu jivvutaw.

Dan ifisser żieda ta’ ftit iżjed minn tlieta fil-mija meta mqabbel mal-istess turn-out ta’ kmieni waranofsinhar tal-elezzjoni ġenerali fl-2013.

Aqra aktar

Send this to a friend