film – One News

“Sibna dak kollu li ridna f’Malta” – Produttriċi Finlandiża


Ħames lingwi fi tmien episodji u miġbud fi 19-il lokalità differenti madwar Malta.

Fis-serje televiżiva Finlandiża Cargo, Malta kienet il-post fejn inġibud xeni maħsuba għall-Italja, il-Libja u l-Eritrea.

Is-serje jitkellem dwar it-traffikar uman, u l-kumpanija Fremantle Media Findland sorġiet l-ankri tagħha f’pajjiżna biex tagħmel użu mill-faċilitajiet tal-Malta Film Studios fil-Kalkara. Aqra aktar

Minn nhar il-Ġimgħa fiċ-ċinema se tkun tista’ tara storja tal-waħx bil-Malti

Minkejja l-isfidi li ġġib magħha l-industrija lokali tal-films, id-direttur u l-producer tal-films Malti Mark Doneo ma jaqtax qalbu milli jkompli jwassal fis-swali taċ-ċinema ta’ pajjiżna films bil-Malti. Bħal fil-każ tal-film ġdid tiegħu, ‘Hemm Dar fil-Qala’, film ġdid maħdum kompletament minn crew u atturi Maltin. Aqra aktar

Ħabbilni ħa nirbaħ

Il-film ta’ Valletta 2018 ‘Ħabbilni Ħa Nirbaħ’ (Knock Me Up, Knock Me Down), se jagħmel id-debutt internazzjonali tiegħu waqt l-Edmonton Film Festival ġewwa l-Kanada, meta jipparteċipa fil-kompetizzjoni uffiċjali waqt l-istess festival fi tmiem il-ġimgħa.

Aqra aktar

Film kbir ta’ Bollywood qed jinġibed Malta

Film kbir ta’ Bollywood qed jinħadem f’Malta bħalissa bl-artista hi l-istess waħda li ħadet sehem f’film li kiser rekords internazzjonali.

Fatima Sana Shaikh hija meqjusa bħala ġdida fix-xena u wara s-suċċess tal-film Dangal daħlet għal avventura kbira oħra li din id-darba ġabitha Malta għall-film Tugs of Hindostan.

Aqra aktar

Beauty and the Beast l-iktar film segwit mill-Maltin

Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, l-pubbliku Malti ra l-iktar il-film Beauty and the Beast. Film li kien ibbażat fuq l-istorja tant popolari ta’ Disney tal-bestja u s-sabiħa. B’dan il-film issa sar ir-raba’ l-aktar film li kellu dħul hawn Malta. Fl-ewwel post jibqa’ l-film li għadu popolari sal-lum-il ġurnata Titanic, segwit minn The Passion of the Christ u Avatar.

Aqra aktar

Send this to a friend