Hemm stennija kbira għall-Fiera l-Kbira ta’ San Martin f’Ħal Tarxien din is-sena. Dan wara s-suċċess kbir li l-Fiera ta’ San Martin reġgħet kisbet f’Ħal Tarxien bir-ritorn tagħha tliet snin ilu. Dan wara nuqqas ta’ madwar 75 sena wara t-Tieni Gwerra Dinjija. L-istennija hija ferm akbar din is-sena wara t-temp ikrah li sfortunatment ħassar l-edizzjoni tassena l-oħra. Il-Fiera ser terġa’ ssir bħal f’dahri fil-bandli ta’ Ħal Tarxien u t-toroq tal-madwar. Aqra aktar
