Jitlestew diversi xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni fil-ġnien ta’ Pjazza Patri Redent Gauci fil-Fgura

B’investiment ta’ €40,000 mill-Kunsill Lokali tal-Fgura ġie rriġenerat il-ġnien ta’ Pjazza Patri Redent Gauci fil-Fgura.

L-interventi li saru f’dan il-ġnien jinkludu xogħol ta’ tisbiħ, tpoġġija ta’ bankijiet u tapit tal-lakstu fost xogħol ieħor ta’ rinovazzjoni.

Is-Sindku tal-Fgura Pierre Dalli spjega kif wara żmien fejn dan l-ispazju pubbliku kien abbandunat u li għalhekk r-residenti tal-Fgura ma kinux iffitxu li jagħmlu użu minnu, llum il-Kunsill Lokali qed jara kif anke bl-għajnuna tal-pulizija jkun hemm is-sigurtà neċessarja biex in-nies tal-lokalità jagħmlu użu minnu.

Aqra aktar

“Il-Gvern se jindirizza l-isfidi tas-sidien tal-bars” – il-PM waqt laqgħa tal-Kabinett fil-komunità

It-Tnejn filgħodu il-Kabinett ltaqa’ ġewwa ċ-Ċentru Ċiviku tal-Fgura fejn preżenti kien hemm numru ta’ sindki u membri ta’ għaqdiet fil-komunità u istituzzjonijiet oħra.  Aqra aktar

Send this to a friend