festivals malta – One News

Notifiki

FĊN B’Diversi Inizjattivi Għall-75 Anniversarju mit-Tieni Gwerra

Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali (FĊN) b’kollaborazzjoni ma’ Festivals Malta u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, qed torganizza għadd ta’ attivitajiet kommemorattivi fi ħdan il-75 anniversarju minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. ‘Victory in Europe Day’, magħrufa aktar bħala V.E day, tiċċelebra ċ-ċediment tal-Ġermanja bla kundizzjonijiet fit-8 ta’ Mejju tal-1945 li wasslet għat-tmiem it-Tieni Gwerra. Malta kella rwol strateġiku għall-allejati waqt il-gwerra bejn 1940 sal-1942, b’hekk hija importanti li nfakkru dan l-avveniment storiku fl-istorja ta’ pajjiżna.  Aqra aktar

Il-karru “Ħallu t-tfal jiġu għandi” mhux se jitħalla jieħu sehem fil-Karnival

Fi stqarrija li ħarġet Festivals Malta b’referenza għal rapporti fil-midja li dehru lbieraħ 23 ta’ Jannar 2020 rigward karru intenzjonat li jipparteċipa fl-edizzjoni tal-karnival ta’ din is-sena, Festivals Malta kkjarifikat li tul dawn l-aħħar ġimgħat, il-kumpanija tal-Karnival relatata kienet diġà ġiet imwissija li d-disinn tal-karru sottomess kien jinkludi dettalji u aspetti defamatorji. Aqra aktar

The Travellers, Skald u Mistura fost it-talenti lokali f’Għanafest 2019

The Travellers, Skald u Mistura, fost l-oħrajn, se jkunu qegħdin jagħtu spettaklu uniku waqt l-Għanafest ta’ din is-sena, li se tkun qiegħda ssir llejla 21 ta’ Ġunju u għada 22 ta’ Ġunju fi Ġnien l-Argotti fil-Furjana.

Il-Ministru Owen Bonnici żar l-aħħar preparamenti, fosthom il-provi ta’ The Travellers li se jkunu qed jagħtu spettaklu llejla fl-Argotti. Permezz ta’ festivals bħall-Għanafest, qegħdin nagħtu spazju xieraq lit-talent lokali biex jimraħ u jsaħħaħ il-karriera mużikali tiegħu, filwaqt li nkomplu nippromwovu l-aċċessibbiltà għall-avvenimenti kulturali Maltin ta’ kwalità għolja.Aqra aktar

Festivals Malta tniedi l-programm ta’ festivals differenti għas-sajf li ġej

Festivals Malta nediet il-programm għall-istaġun sajfi, xahrejn ta’ kultura kontinwa b’ideat ġodda u inovattivi, esperjenza li se tinħass minn kulħadd.

Il-fesitval Għanafest, taħt id-direzzjoni tal-direttur artistiku, Tiziana Calleja, se jikontribwixxi għal qawmien mill-ġdid tal-wirt storiku Malti mżewwaq mal-kultura tal-lum. Ġnien l-Argotti se jkun qed jieħu xejra differenti b’programm għall-familja kollha.Aqra aktar

Kompetizzjoni awdjoviżiva għal Jum il-Ħelsien

Festivals Malta qed torganizza kompetizzjoni awdjoviżiva bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tad-39 anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien. Jum il-Ħelsien hu ċċelebrat fil-31 ta’ Marzu biex ifakkar il-ġurnata li fih il-forzi Brittaniċi telqu minn Malta fl-1979.

Aqra aktar

Send this to a friend