Raġel ta’ sitta u tletin sena minn Ħ’Attard, kmieni dalgħodu kien arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ sejba ta’ Bulgaru ta’ sebgħa u ħamsin sena, li kien midrub b’daqqiet ta’ sikkina.Aqra aktar

Raġel ta’ sitta u tletin sena minn Ħ’Attard, kmieni dalgħodu kien arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ sejba ta’ Bulgaru ta’ sebgħa u ħamsin sena, li kien midrub b’daqqiet ta’ sikkina.Aqra aktar
09:09: Fi stqarrija l-pulizija tgħid li l-vittma huwa raġel ta’ 27 sena u nqatel bi sparatura fl-Imqabba. Qalet li żagħżugħ ieħor ta’ 17-il sena ddaħħal l-isptar. Spjegat kif l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ, li qed jitmexxew mill-Iskwadra tal-Omiċidji fi ħdan d-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett, għadhom għaddejjin. Il-pulizija kkonfermat dak li rrapporta ONE News aktar qabel li aktar dettalji se jingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet li se ssir fl-10:30am fid-Depot, il-Floriana.
07:05: ONE News huwa infurmat li l-pulizija arrestat żewġ persuni suspettati li allegatament kienu involuti fil-qtil ta’ raġel. B’rabta ma’ dan il-każ, raġel ieħor ittieħed l-isptar u minn informazzjoni li ksibna ma jinsabx fil-periklu tal-mewt iżda indarab gravi.
Il-pulizija rnexxielha tarresta żewġ persuni f’Ħal Kirkop ftit tas-sigħat wara l-każ li ħalla żewġ kuġini milquta minn sparaturi. Ir-raġel deher mejjet mal-art fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, fl-Imqabba iżda mhux eskluż li seta’ miet qabel.
Fil-fatt issemma wkoll li l-isparaturi setgħu seħħew barra l-Imqabba, fil-limiti tal-Qrendi u imbagħad wieħed miż-żewġ persuni milquta baqa’ sejjer l-Imqabba fejn waqaf fi triq li sa ftit tal-ħin kien hemm in-nies qed igawdu spettaklu pirotekniku li kien għaddej bħala parti mill-festival internazzjonali tan-nar.
Nifhmu wkoll li l-isparaturi setgħu saru minn persuna jew aktar li kienu fuq mutur. F’mument minnhom il-karozza Renault li kien fiha l-vittma waqfet fil-post fejn instab mejjet ir-raġel.
Fuq il-post dehret preżenza qawwija tal-pulizija, tim mediku u ambulanzi kif ukoll esperti forensiċi li priservaw ix-xena tar-reat. It-triq ingħalqet mill-pulizija u anki nfetħet inkjesta Maġisterjali. Mhux eskluż ukoll li l-pulizija ssejjaħ lill-ġurnalisti biex tindirizza konferenza tal-aħbarijiet u tispjega d-dettalji tan-natura tal-każ.
00:08: Malti tilef ħajtu fl-Imqabba u ieħor ittieħed l-isptar wara sparatura.
Il-każ seħħ tard l-Erbgħa filgħaxija għall-ħabta tal-11:30pm fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija fl-Imqabba.
Raġel mejjet fl-Imqabba wara sparatura
Geplaatst door ONE.com.mt op Woensdag 29 juli 2020
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li kien hemm persuni nvoluti fi sparatura li ħalliet raġel mejjet fuq il-post.
Fuq il-post hemm preżenza qawwija ta’ uffiċjali tal-Pulizija kemm tad-distrett u kif ukoll tar-Rapid Intervention Unit.
Qed jassistu wkoll ambulanzi mill-isptar Mater Dei flimkien ma’ membri mis-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar.
Ara wkoll:
Kingsley Oikhena, ta’ 26 sena min-Niġerja, iżda joqgħod iż-Żejtun, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li pprova jweġġa’ gravi lil sieħbu li jgħix miegħu, fl-istess appartament. Huwa ġie akkużat wkoll li weġġgħuu ħafif u li kien qed iġorr sikkina fil-publiku mingħajr liċenzja tal-pulizija.
Żagħżugħ ta’ 17-il sena minn Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tar-rota li kien qiegħed isuq u ħabat ma’ bollard.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15pm tat-Tlieta fi Triq Santa Tereża, Bormla. Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħa lill-vittma l-isptar għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Aqra aktar
Raġel ta’ 36 sena minn San Pawl il-Baħar spiċċa fertu gravi wara li ntalaqt minn karozza f’Ħal Lija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:15pm tal-Ħamis fi Triq il-Mosta, Ħal Lija, meta r-raġel intlaqat minn karozza tat-tip BMW Z4 misjuqa minn raġel ta’ 29 sena minn San Ġwann.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Waqt ħidma li saret matul il-lejl mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ġew arrestati tmien persuni. Sebgħa persuni Maltin li l-eta` tagħhom tvajra bejn it-18 u s-36 sena, ġew arrestati f’diversi stabbilimenti f’San Ġiljan wara li nstabu fil-pussess ta’ sustanza suspettata kokaina.
Send this to a friend