Notifiki

Jistabbilixxu ċ-Ċirkewwa Marine Park

Kim, il-fekruna li għandha bejn tmien u għaxar snin ħadet sehem f’ċerimonja li fiha ġie ffirmat ftehim bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u n-Nature Trust.Aqra aktar

Il-fekruna Dodo lura fl-abitat tagħha wara li nstabet b’ferita minn sunnara tas-sajd

Il-Fekruna Dodo ġiet rilaxxata lura fl-abitat tagħha f’Għajn Tuffieħa wara li għaddiet minn proċess ta’ rijabilitazzjoni.

Waqt attività edukattiva mtella’ minn Nature Trust Malta, li kienet tinkludi ukoll beach cleanup mat-tfal u rilaxx ta’ fekruna, il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia irringrazzja lill-voluntiera kollha inkluż ir-rangers tal-Park tal-Majjistral kif ukoll lill-ERA għax-xogħol importanti li qed iwettqu favur il-protezzjoni tal-bijodiversità marittima.

Huwa spjega kif bħalissa il-bijodiversità tinsab fil-quċċata tal-aġenda tal-Unjoni Ewropea u bħalissa waqt il-Presidenza Ġermaniża, u li l-ministeru qed imexxi u jippromwovi numru ta’ inizjattivi favur aktar protezzjoni tal-bijodiversità, fosthom linji gwida ġodda dwar it-tniġġis bid-dawl, u l-kampanja Saving our Blue li hija mmirata sabiex tnaqqas l-iskart fuq il-bajjiet u l-użu ta’ single-use plastics. 

Il-President ta’ Nature Trust Malta, Vince Attard, spjega kif Dodo instabet b’ferita kkawżata minn sunnara tas-sajd u ġiet medikata u riabilitata tul l-aħħar sena. Hu qal kif fil-preżent, numru kbir ta’ sajjieda qed jirrappurtaw għad kbir ta’ fkieren u b’hekk Dodo għandha ċans tajjeb li tingħaqad ma’ fkieren oħrajn fl-ibħra Maltin.

 Ritratti: MECP

Tintelaq il-fekruna Jenna f’Ħondoq ir-Rummien

F’attività marbuta mal-bandiera l-blu fil-bajja pittoreska ta’ Ħondoq ir-Rummien f’Għawdex, intelqet fekruna bl-isem ta’ Jenna li ġiet salvata meta nqabdet fil-ħbula tas-sajd f’Marsalforn. Aqra aktar

Send this to a friend