B’mod ikkontrollat mill-5 ta’ Lulju jistgħu jibdew isiru l-attivitajiet soċjali u kulturali

Mill-5 ta’ Lulju se jinfetħu b’mod ikkontrollat u kawt l-attivitajiet soċjali u kulturali f’Malta u f’Għawdex u li jistgħu jattendu għalihom biss dawk li għandhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin.

Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet, fejn qal li dan seta’ jsir wara li kollox juri li s-sitwazzjoni tal-pandemija f’pajjiżna hija waħda tajba u taħt kontroll, anke fl-istess waqt li għandek programm b’saħħtu ta’ vaċċinazzjoni.

Aqra aktar

Wieħed minn kull erbgħa mlaqqma kontra l-Covid-19

Kwart tal-adulti f’pajjiżna ħadu minn tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.

Dan intqal mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-Parlament, li qal kif 11% tal-popolazzjoni ħadet it-tieni doża tal-vaċċin.

Id-Deputat Prim Ministru qal kif disgħin fil-mija tal-anzjani li għandhom tmenin sena jew iżjed ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Coronavirus.Aqra aktar

Jibda proġett pilota: pazjenti kollha tad-dijabete jieħdu l-istikek b’xejn mill-ispiżerija

Min-nhar it-Tnejn, il-Gvern se jniedi proġett pilota li bih il-pazjenti kollha li għandhom id-dijabete u jagħmlu użu mill-insulina se jirċievu l-istikek kollha li hemm bżonn biex jiċċekjaw il-livell taz-zokkor b’xejn mill-ispiżerija tal-għazla tagħhom.

Il-lokalitajiet fejn se jibda’ jitħaddem il-proġett pilota huma San Ġiljan, Gudja, Imġarr u Kerċem.

Aqra aktar

Send this to a friend