Notifiki

Fil-PN tfeġġ kriżi oħra hekk kif reġa’ faqqa’ ġlied kbir

Fil-Partit Nazzjonalista, din id-darba mmexxi minn Bernard Grech, reġa’ faqqa’ ġlied kbir bejn iż-żewġ fazzjonijiet, dik ta’ Simon Busuttil li tellgħet lil Grech Kap u dik ta’ Adrian Delia, li erba’ xhur ilu tilfet it-tmun tal-partit. L-aħħar ġlied qam dwar l-intriċċi li ħarġu fil-beraħ fl-aħħar jiem b’rabta mal-elezzjonijiet fil-kumitati sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista.

Wara li numru ta’ kandidati ta’ Delia rtiraw għaliex ma felħux iżjed jiġu mminati min-Nazzjonalisti stess, l-eks Kap Adrian Delia kiteb fuq il-profil tiegħu fuq facebook u għadda messaġġ iebes lit-tmexxija preżenti Nazzjonalista, li kienet hi li qaċtitu f’Ottubru li għadda.

Delia rrefera għal mod kif ċertu Nazzjonalisti ġew imweġġa’ u riżultat ta’ dan se jibqa’ jitkisser il-partit. Talab biex dawn l-attakki jieqfu u appella lil tan-naħa l-oħra biex iċedu biċċa. F’kitba skjetta, Adrian Delia qal kif il-Partit Nazzjonalista qed jagħlaq il-bieb saħansitra lin-Nazzjonalisti. Delia, li ma riedx ikun parti mix-shadow cabinet ta’ Bernard Grech, imbagħad ippubblika l-istqarrija li ħarġet mid-disa’ kandidati li rtiraw mill-elezzjonijiet tal-kumitati sezzjonali.

Intant fl-aħħar żviluppi b’rabta mal-aħħar kriżi fil-Partit Nazzjonalista, il-kumitat sezzjonali ta’ Bormla rriżenja f’daqqa wara li kien għadu kif ġie elett u dan b’solidarjetà ma’ dawk il-kandidati ta’ Delia li ġew imminati f’tas-Sliema. F’ittra li s-sitt membri tal-kumitat ta’ Bormla bagħtu lis-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech qalu li l-Kummissjoni Elettorali Nazzjonalista mxiet b’idejn tat-tajjar u baqgħet passiva quddiem block vote ċar f’tas-Sliema kontra Nazzjonalisti stess.

Il-membri tal-kumitat Bormliż, magħrufa għall-appoġġ li jagħtu lil Delia, qalu li l-Partit Nazzjonalista m’għadux l-istess partit li twieldu u trabbew fih.

Aktar kmieni f’tas-Sliema qam rebus sħiħ wara li wieħed minn ta’ Bernard Grech beda jibgħat messaġġi u jimbotta għal block vote biex fil-kumitat jitilgħu l-membri ta’ Bernard Grech u jitqaċċtu ta’ Delia. Fil-fatt fil-messaġġi, il-Kunsillier Nazzjonalista Slimiż Kevin Wain kiteb biex dawk ta’ Delia ma jieħdux vot mit-tesserati li kienu se jivvutaw.

Riżultat ta’ dan, il-kandidati li appoġġjaw lil Adrian Delia u li kienu fl-elezzjoni tal-kumitat, il-Ġimgħa filgħaxija marru d-Dar Ċentrali u nfurmaw lil Kap tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech li qed jirtiraw minn elezzjoni li biha ħassewhom attakkati anki personalment. Fil-fatt għal din il-firda kollha fil-Partit Nazzjonalista, dawn il-kandidati ħarġu stqarrija u qalu li l-kandidatura tagħhom ntlaqgħet b’livell ta’ kritika kattiva u estrema li ma kinitx la f’postha u lanqas f’waqtha. Issa f’tas-Sliema mhux se tkun qed issir elezzjoni u ta’ Bernard Grech mal-ewwel ħarġu jgħidu messaġġ wieħed li l-elezzjoni mhux se ssir għaliex is-seba’ kandidati tal-fazzjoni Busuttil ġew eletti kollha awtomatikament wara li ta’ Delia rtiraw. Dan il-messaġġ anki ħareġ fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista.

Partitarji ta’ Delia b’żewġ petizzjonijiet biex iwieġbu għall-fazzjoni ta’ Busuttil

Partitarji tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia preżentaw żewġ petizzjonijiet sabiex Adrian Delia jibqa fil-kariga tal-Partit Nazzjonalista. Huma ġabru petizzjoni b’530 firma mill-kunsilliera u petizzjoni oħra b’4330 firma mit-tesserati Nazzjonalisti. Adrian Delia qabbad lill-Kunsillier tar-rabat Karl Muscat u l-preżentatrici u Kunsilliera Louise Tedesco biex jippreżentawha.Aqra aktar

Portelli jattakka lid-Deputati tal-fazzjoni ta’ Busuttil

Il-Kap tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli infexx jattakka lid-Deputati Nazzjonalisti mill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busutti. Waqt programm li għandu kuljum fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista tal-analiżi tal-ġurnali, Pierre Portelli attakka lid-Deputati Nazzjonalisti tal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil talli skontu illikjaw l-informazzjoni ta’ x’ingħad waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista lill-midja.

Huwa qal li “The Malta Independent jagħtina storja ta’ dak li ġara fil-grupp tal-Partit Nazzjonalista. Kollox illikjat mid-Deputati Nazzjonalisti u jgħidu li l-maġġoranza tal-MPs jgħidu li ‘Delia must go'”. Aqra aktar

Send this to a friend