Il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA fiduċjuż li pajjiżna se joħroġ iżjed b’saħħtu wara l-pandemija u l-FATF

Fl-ewwel minn sensiela ta’ żjarat fi ħdan aġenziji u entitajiet varji, il-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana żar l-uffiċċju tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA.Aqra aktar

FITCH: Ebda impatt fuq ir-rating A+ ta’ Malta

L-aġenzija internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Fitch qalet li d-deċiżjoni li ħadet il-ġimgħa li għaddiet it-Task Force t’Azzjoni Finanzjarja, l-FATF mhux se jkollha impatt fuq ir-rating ta’ Malta.Aqra aktar

“Minn sfida noħorġu ċertifikat ta’ eċċellenza” – il-PM

Il-Gvern jinsab impenjat li l-isfida li ppreżenta l-eżitu tal-vot tal-FATF dwar Malta, idawwarha f’opportunità u joħloq ċertifikat ta’ eċċellenza għal pajjiżna.

Meta tkellem dwar dawn l-aħħar żviluppi, b’ton kuraġġuż u determinat, il-Prim Ministru saħaq li bħalma sar f’kuntest ta’ sfidi oħra, hekk ukoll se jsir f’din l-isfida, fl-aqwa interess tal-poplu Malti u Għawdxi.

Dr Abela fakkar kif fl-aħħar tal-elfejn u dsatax, kien hemm rapport tal-Moneyval bi tmienja u ħamsin rakkomondazzjoni, li dan il-Gvern wettaq ħamsa u ħamsin minnhom.

Aqra aktar

Send this to a friend