Il-Gvern jagħti €300,000 lil Victim Support Malta biex din tgħin vittmi ta’ fastidju sesswali

Fix-xahar li jfakkar l-għarfien fuq il-vjolenza domestika ġie mniedi ftehim fejn se jingħata fond ta’ madwar tliet mitt elf ewro sabiex jiġu mgħejjuna nies li kienu vittmi ta’ fastidju sesswali.

Dan il-ftehim, li huwa mifrux fuq tliet snin, sar bejn il-Ministeru għas-Solidarjetà, il-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u l-organizzazzjoni mhux governattiva Victim Support Malta.

Sarah Jane Mifsud minn Victim Support Malta spjegat kif fl-aħħar seba’ snin l-organizzazzjoni għenet iżjed minn mitejn u ħamsin familja permezz tal-erba’ servizzi li toffri.

Aqra aktar

Send this to a friend