S’issa 6,000 passiġġier użaw il-Gozo Fast Ferry

Fl-ewwel ġimgħa tagħha, il-kumpanija Gozo Fast Ferry Ltd. ġarret 6,000 passiġġier fi vjaġġi bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr, Għawdex. Il-kumpanija saħansitra kellha żżid il-vjaġġi tagħha biex tkopri għad-domanda li kien hemm matul it-tmien il-ġimgħa li għaddiet.Aqra aktar

Il-PM jniedi s-servizz tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex

“Akbar ma tkun l-isfida, akbar is-sodisfazzjon.”

Kien b’dan il-mod li l-Prim Ministru Robert Abela beda d-diskors tiegħu f’ċerimonja li mmarkat il-bidu tas-servizz tant mistenni tal-Fast Ferry bejn il-kapitali Maltija u l-gżira tat-tliet għoljiet.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-provi taż-żewġ kumpaniji bil-katamarani tas-servizz tal-fast ferry

Bħalissa għaddejjin il-provi taż-żewġ kumpaniji bil-katamarani li se jħaddmu s-servizz tal-fast ferry bejn il-Port tal-Imġarr f’Għawdex u l-Port il-Kbir.

Dan is-servizz ta’ żewġ operaturi, tal-Virtu Ferries u l-Gozo Fast Ferry se jibda mill-1 ta’ Ġunju u ż-żewġ kumpaniji diġà ħarġu n-nollijiet.

Permezz tal-fast ferry se tkun tista’ taqsam iż-żewġ gżejjer mill-Belt għall-Għawdex f’inqas minn tliet kwarti.

Is-servizz tal-fast ferry intlaqa’ b’mod pożittiv minn bosta msieħba, fosthom: l-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, il-GTA, il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija u l-Għaqda Studenteska Għawdxija, il-GUG.

Waslu lejn l-aħħar ix-xogħlijiet fuq il-mollijiet tal-fast ferries

Waslu lejn l-aħħar ix-xogħlijiet b’investiment ta’ żewġ miljun u nofs ewro fuq il-mollijiet u t-terminals tal-fast ferry fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex u tal-Port il-Kbir fil-Belt Valletta sabiex ġimgħa oħra, żewġ operaturi tal-fast ferry jibdew joffru s-servizz lill-Għawdxin, il-Maltin u lit-turisti.Aqra aktar

Send this to a friend