Notifiki

Il-Prim Ministru jżur investiment ta’ €50 miljun li qed isir f’Simonds Farsons Cisk u Trident Estates

Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministri Silvio Schembri u Aaron Farrugia żaru investiment ta’ ħamsin miljun ewro li qed isir fil-faċilitajiet tal-kumpaniji Simonds Farsons Cisk u Trident Estates fiż-Żona Industrijali tal-Imrieħel. Il-proġett issa se jkun il-bażi ta’ madwar elf u ħames mitt ħaddiem. Aqra aktar

L-industrija tilqa’ l-passi tal-gvern lejn ekonomija ċirkolari

Fil-ġimgħat li ġejjin mistenni l-aħħar abbozz tal-istrateġija nazzjonali għall-ambjent u jidher li l-industrija qed tilqa’ sew dak li qed jagħmel il-Gvern anki b’rabta mat-tħaddim ta’ ekonomija ċirkulari.Aqra aktar

Ir-riżultati ekonomiċi ta’ Malta jinħassu fost kumpaniji bħal Simonds Farsons Cisk

Simonds Farsons Cisk plc irreġistrat sena oħra ta’ profitti u tkabbir sod.

Id-dħul tal-Grupp għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 Jannar 2017 laħaq €88 miljun, li s’issa qatt ma kien intlaħaq qabel. Dan jirrappreżenta żieda marġinali ta’ 2% fuq ir-riżultati rekord tas-sena finanzjarja ta’ qabel.

Barra minn hekk, il-qligħ għas-sena laħaq €12-il miljun. Dan ifisser żieda ta’ €900,000 jew żieda ta’ 8% meta mqabbel mas-sena preċedenti.

Aqra aktar

Kien Żaren Vassallo li xehed li ltaqa’ mal-Ministru 

Kien Żaren Vassallo nnifsu li kien iddikjara bil-ġurament li ltaqa’ mal-Ministru dwar  l-art tal-Lowenbrau.

Żaren Vassallo kien xehed dan fil-Qorti waqt kawża li kienet għaddejja bejnu u s-sidien tal-kumpanija Marsovin. Żvela dan il-Ministru Owen Bonnici, waqt il-programm Xarabank, f’dibattitu mal-eks Ministru Jason Azzopardi. L-istess Azzopardi li kien ilu għal diversi jiem jiċħad li ltaqa’ ma’ Vassallo.

Meta qara mix-xhieda, il-Ministru Bonnici żvela kif Vassallo qal li ma kienx kuntent b’ittra li rċieva mid-Dipartiment tal-Artijiet għax jekk kien hemm kwistjoni minn naħa tagħhom ma kellux ikun hu li jġorr il-piż tagħha. Biex hawn qal li ltaqa’ mal-Ministru u sar diskors dwar kompromess.

Farsons tinawgura investiment ta’ €27 miljun

Simonds Farsons Cisk plc illum inawgurat faċilità mill-aktar moderna u avvanzata għall- packaging tal-birra fil-Birrerija tagħha fl-Imrieħel b’investiment ta’ €27 miljun. Dan l-aktar investiment riċenti fil-faċilitajiet operattivi tagħha se jippermetti li Farsons tagħ mel packaging  ta’ birer u xorb ieħor u b’hekk se jinfetħu orizzonti ġodda għall-futur. Din il-faċilità ġdida kienet inawgurata mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru qal li Farsons tista’ tiffjorixxi fi klima ekonomika tajba, b’rata rekord ta’ tkabbir ekonomiku, żieda konsiderevoli fl-ammont ta’ flus disponibbli għall-konsumatur u ammont rekord ta’ turisti. Faħħar l-attitudni tal-kumpanija, li fid-dawl ta’ dan kollu, temmen li għandha tkun protagonista. Qal  li r-rwol tal-Gvern hu li jiżgura li negozji Maltin jibqgħu jgawdu minn din il-klima pożittiva.

Aqra aktar

Send this to a friend